Left arrow Go Back

IT-TIENI LAQGĦA TAL-KUMITAT DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI – IR-REALTÀ TAL-VJOLENZA DOMESTIKA U L-FAMILJA MALTIJA

PR1565
Date Icon 23/10/2008

“...tinħass il-ħtieġa li s-soċjetà Maltija issib aktar bilanċ bejn il-mara u r-raġel...”

“...dan in-nuqqas ta’ ugwaljanza huwa wieħed mill-kawżi ewlenin li jwasslu għall-vjolenza domestika...”

“...il-vjolenza domestika hija vjolazzjonitad-drittijiet tal-bniedem...”
Dawnhuma l-messaġġi ewlenin li l-Membri tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali jixtiequ jwasslu lis-soċjetà Maltija, wara l-laqgħa li kellhom ma’ esperti fis-suġġett tal-vjolenza domestika.
L-esperti mistiedna kienu Dr. Marceline Naudi,Chairperson tal-Kummissjoni għall-Vjolenza Domestika, Ms. Yvonne Mallia Operations Director, Appoġġ u Ms. MaryAnne Gauci Service Manager, Appoġġ.  Huma tkellmu fuq il-bżonn li s-soċjetà Maltija ma tibqax waħda li tiffavorixxi d-dominanza tar-raġel fuq il-mara.  Għalkemm mill-aspett legali u politiku saru avvanzi kbar, fis-soċjetà għadu qed jinħass żbilanċ fil-poteri u d-dipendenza ekonomika tal-mara mingħand ir-raġel.  Din il-mentalità trid tinbidel, partikolarment fil-familja, għaliex dan in-nuqqas ta’ bilanċ huwa wieħed mill-kawżi ewlenin li jwasslu għall-vjolenza domestika.
Ġewdiskussi s-servizzi varji u personali li joffru l-aġenzija Appoġġ fosthom dawk ta’ konsulenza psikoloġika, għajnuna legali, emergency shelters, support groups, u għajnuna għal min iwettaq l-abbuż.  Min-naħa l-oħra ssemmew l-effetti trawmatiċi tal-vjolenza domestika fuq il-vittmi, ewlenin fosthom it-tfal, bħal ansjetà, problemi fl-iskola u l-imġiba, nuqqas ta’ konċentrazzjoni, u abbuż minn sustanzi.  Dr. Naudi tkellmet fuq l-għan u l-oġġettivi tal-Kumissjoni għall-Vjolenza Domestika u għamlet analiżi tal-avvanzi li saru f’Malta, fosthom l-Att dwar il-Vjolenza Domestika u t-tagħlim lill-professjonisti fil-qasam tas-saħħa, ġudizzjarju u l-pulizija.  Filwaqt li għamlet aċċenn għal-linji gwida tal-Kunsill tal-Ewropa, hija semmiet kif qed jiġi pjanat proġett ta’ riċerka sabiex issir magħrufa ir-realtà tan-numru ta’ persuni li qed isofru minn vjolenza domestika f’Malta.
Fl-2007, in-numru ta’ każijiet ta’ vjolenzadomestika referuti lill-pulizija u l-Appoġġ kien ta’ 341, kumparat ma’ 127 fl-1998.  L-esperti nnutaw li aktar ma tiħrax il-ġlieda kontra l-vjolenza domestika, permezz ta’ kampanji publiċitarji, aktar qed ikunu dawk in-nisa li jagħmlu kuraġġ u jirrapurtaw lil min jabbuża minnhom.  Din qed titfa’ pressjoni fuq is-servizzi eżistenti sabiex jibqgħu joffru servizzi ta’ kwalità, kemm lill-vittmi u lil min jabbuża.
Waqtil-laqgħa setgħet tinħass il-preokkupazzjoni tal-Membri Parlamentari tal-Kumitat, partikolarment mal-fatt li qed ikun hemm xi dewmien fil-Qrati Maltin sabiex jisimgħu każijiet relatati mal-vjolenza domestika.  Il-liġi tistipula li dawn iridu jinstemgħu fi żmien erbat ijiem.  Ġie nnutat ukoll nuqqas ta’ riżorsi tal-pulizija sabiex ikun hemm il-protezzjoni neċessarja tal-vittmi u x-xhieda, u użu aħjar tal-protection orders.  Il-ġlieda kontra l-vjolenza domestika tirrikjedi koperazzjoni u azzjoni koordinata mis-servizzi pubbliċi kollha u s-soċjetà inġenerali.  Il-vjolenza domestika hija vjolazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u allura tirrikjedi responsabilità mingħand kulħadd.
Il-laqgħa tmexxietmill-Onor. Edwin Vassallo MP Chairperson tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali u kienu preżenti l-Onor. Frederick Azzopardi MP, l-Onor. Justyne Caruana MP, l-Onor. Michael Farruġia MP, u l-Onor. Anthony Zammit MP.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese parliamentary delegation participates in the Inter-parliamentary conference on Stability, Economic Coordination and Governance in the EU

PR261983

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR261982en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow