Left arrow Mur Lura

Stqarrija mill-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI: SFIDA LILL-OPPOŻIZZJONI biex tisvela l-ismijiet tal-konsulenti mqabbda minnha

PR1558
Date Icon 22/10/2008
Il-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport uKomunikazzjoni itenni l-isfida lill-Oppożizzjoni Laburista biex tgħid min kienu l-konsulenti li qabbdet biex ħejjew ir-reazzjoni tal-MLP għat-tariffi l-ġodda tad-dawl u l-ilma li l-Gvern ressaq għal diskussjoni fl-MCESD, bħala parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni. Dan peress li dawn il-konsulenti anonomi qed jiġu kkwotati jagħmlu konklużjonijiet ivvintati; u għalhekk ir-responsabbiltà professjonali tagħhom iridu jerfugħha. Inkella din is-segretezza bil-fors trid titqies bħala konferma li l-Partit Laburista vvinta n-numru li qed jikkwota.
Il-Ministeru jtenni li biex l-OppożizzjoniLaburista tittieħed bis-serjeta għandha tkun trasparenti u ma tibżax tgħid min ħadem fuq ir-reazzjoni li ngħatat mill-Kap ta’ l-Oppożizzjoni u ma’ min ikkonsulta  l-Mexxej Laburista Joseph Muscat.
Il-Ministeru jtenni li dan hu aġirirresponsabbli min-naħa ta’ l-Oppożizzjoni li jikkontrasta bil-kbir mal-pożizzjoni tal-Gvern li mexa bi trasparenza assoluta billi ta preżentazzjoni dettaljata wara oħra lill-imsieħba soċjali u lill-media lokali kollha. Il-Gvern ifakkar li ma qagħadx lura biex jgħid min ħadem u kif sar l-eżerċizzju biex tfasslu l-proposti dwar it-tariffi tad-dawl u l-ilma bħala bażi għall-konsultazzjoni ma’ l-imsieħba soċjali: konsultazzjoni li ssoktat llum stess b’laqgħa oħra fl-MCESD.
Għalhekk, il-Ministeru għall-Infrastruttura,Trasport u Komunikazzjoni jtenni li l-istampa li pinġa l-Partit Laburista bil-kalkoli li għamel hi totalment żbaljata. Dan apparti li minkejja wegħdi ripetuti li jagħmel hekk, Dr Muscat għadu m’għamilx proposta waħda bħala alternattiva għal dak li qed jipproponi l-Gvern.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Minister Bedingfield stresses the importance of prevention and cooperation in strengthening fire safety

PR261981en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Il-Ministru Bedingfield jisħaq fuq l-importanza tal-prevenzjoni u l-kollaborazzjoni biex tissaħħaħ is-sigurtà kontra n-nirien

PR261981

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Il-Ministru Bedingfield ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow