Stqarrija mill-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI: SFIDA LILL-OPPOŻIZZJONI biex tisvela l-ismijiet tal-konsulenti mqabbda minnha
PR1558
22/10/2008
| Il-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u | Komunikazzjoni itenni l-isfida lill-Oppożizzjoni Laburista biex tgħid min kienu l-konsulenti li qabbdet biex ħejjew ir-reazzjoni tal-MLP għat-tariffi l-ġodda tad-dawl u l-ilma li l-Gvern ressaq għal diskussjoni fl-MCESD, bħala parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni. Dan peress li dawn il-konsulenti anonomi qed jiġu kkwotati jagħmlu konklużjonijiet ivvintati; u għalhekk ir-responsabbiltà professjonali tagħhom iridu jerfugħha. Inkella din is-segretezza bil-fors trid titqies bħala konferma li l-Partit Laburista vvinta n-numru li qed jikkwota. |
| Il-Ministeru jtenni li biex l-Oppożizzjoni | Laburista tittieħed bis-serjeta għandha tkun trasparenti u ma tibżax tgħid min ħadem fuq ir-reazzjoni li ngħatat mill-Kap ta’ l-Oppożizzjoni u ma’ min ikkonsulta l-Mexxej Laburista Joseph Muscat. |
| Il-Ministeru jtenni li dan hu aġir | irresponsabbli min-naħa ta’ l-Oppożizzjoni li jikkontrasta bil-kbir mal-pożizzjoni tal-Gvern li mexa bi trasparenza assoluta billi ta preżentazzjoni dettaljata wara oħra lill-imsieħba soċjali u lill-media lokali kollha. Il-Gvern ifakkar li ma qagħadx lura biex jgħid min ħadem u kif sar l-eżerċizzju biex tfasslu l-proposti dwar it-tariffi tad-dawl u l-ilma bħala bażi għall-konsultazzjoni ma’ l-imsieħba soċjali: konsultazzjoni li ssoktat llum stess b’laqgħa oħra fl-MCESD. |
| Għalhekk, il-Ministeru għall-Infrastruttura, | Trasport u Komunikazzjoni jtenni li l-istampa li pinġa l-Partit Laburista bil-kalkoli li għamel hi totalment żbaljata. Dan apparti li minkejja wegħdi ripetuti li jagħmel hekk, Dr Muscat għadu m’għamilx proposta waħda bħala alternattiva għal dak li qed jipproponi l-Gvern. |
Other Press Releases:
PR261981en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...
PR261981