Left arrow Mur Lura

PERFORMANCE AUDIT:  STRUCTURAL FUNDS – ENVIRONMENTAL PROGRAMME

PR1556
Date Icon 22/10/2008
L-Awditur Ġenerali rrapporta lill-Parlament liproġetti li jħarsu l-ambjent kienu ffinanzjati minn fondi nazzjonali u mill-fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF), li jagħmel parti mill-Fondi Strutturali li ġew allokati lil Malta għall-perjodu 2004-2006, kienu ġeneralment implimentati b’mod tajjeb.  Ir-rapport ta’ l-Awditur Ġenerali jgħid ukoll li kien hemm il-mekkaniżmi addattatti biex jiżguraw riżultati pożittivi bl-implimentazzjoni tal-miżuri ambjentali.
Dan il-performance auditsar fl-istess żmien m’oħrajn li kienu qed isiru minn 14-il Stat Membru ieħor ta’ l-Unjoni Ewropea.  Din il-verifika kellha żewġ għanijiet prinċipali.  L-ewwel għan kien li jiġi stabbilit sa fejn il-Fondi Strutturali, allokati għall-perjodu 2004 – 2006, kienu mplimentati u osservati biex jiżguraw suċċess sostenibbli tal-miżura ffinanzjata.   It-tieni għan kien li jiġi stabbilit jekk il-problemi li nqalgħu waqt l-implimentazzjoni tal-Programm 2004 – 2006 kinux indirizzati b’mod li ma jerġgħux jinqalgħu waqt l-implimentazzjoni tal-Programm 2007 – 2013. L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) ibbaża il-konkluzjonijiet tiegħu fuq ħames proġetti mis-sebgħa li ġew imwettqa.  L-ispiża tal-ħames proġetti eżaminati kienet ta’ EUR 9,831,789.  Din l-ispiża tammonta għal madwar 35 fil-mija tal-fondi allokati għal skopijiet ambjentali mill-ERDF għall-perjodu 2004 -2006.
L-għan prinċipali tal-fondi allokatigħall-miżura ambjentali għall-perjodu 2004 – 2006 kien biex permezz tagħhom is-sitwazzjoni ambjentali f’pajjiżna titjieb.  L-ewwel fażijiet ta’ l-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Fondi Strutturali kien l-ippjannar ta’ kif ser jintleħqu l-għanijiet tiegħu u l-għażla tal-proġetti li kellhom jitwettqu. Mill-verifika li saret instab li kien hemm rabta diretta bejn l-għanijiet primarji li kellhom jintleħqu b’dawn il-fondi u l-problemi ambjentali ta’ Malta.  Aktar minn hekk, il-kriterji li bihom ingħażlu l-proġetti, wara sejħa għall-applikazzjonijiet, ukoll kienu maħsuba biex jgħinu jintleħqu l-għanijiet prinċipali tal-miżura ambjentali
L-applikazzjonijiet għall-proġetti pprovdewl-informazzjoni mitluba kif ukoll feasibility studies fuq ir-riżultati li dawn il-proġetti kellhom jilħqu.  Il-ħames proġetti eżaminati mill-NAO kellhom bżonn 14-il addenda għall-Letter of Offer of Grant relattiva minħabba bidliet dwar il-finanzjarjament, l-iskeda jew xi aspetti oħra tal-proġett.
Il-proċeduri li ntużaw kemm mid-Dipartimenttal-Kuntratti u minn entitajiet responsabbli mill-implimentazzjoni tal-proġett, ġeneralment għenu biex jiżguraw li l-għanijiet tal-miżura ambjentali jintleħqu.  Dan seta jsir minħabba li l-evalwazzjoni tal-progress u r-riżultati tal-proġett kienu koperti bi klawsoli magħmula apposta fil-kuntratti. Madanakollu teżisti opportunita’ biex jitnaqqas iż-żmien li l-Final Beneficiaries jieħdu biex jeżaminaw l-offerti għall-proġetti.  Dal-proċess ħa medja ta’ madwar 60 fil-mija tal-ħin soltu meħud biex jingħata kuntratt.  Li proġetti jitwettqu fiż-żmien skedat huwa ta’ importanza kbira fid-dawl li f’każ ta’ dewmien żejjed f’għoti tal-kuntratti jista’ jwassal biex Malta titlef xi Fondi Strutturali.
Il-qafas ta’ monitoraġġ u rappurtaġġ dwarl-implementazzjoni tal-Programm tal-Fondi Strutturali huwa skont dak li titlob l-Unjoni Ewropea. Dan il-qafas jiżgura u jinkoraġixxi li l-informazzjoni addattata dwar dawn il-miżuri li qed ikunu implimentati tasal fid-diversi livelli responsabbli mill-monitoraġġ.
Ħlief għal xi aspetti li jolqtu l-għotital-kuntratti, numru ta’ nuqqasijiet li dehru waqt l-implimentazzjoni tal-Programm għall-2004 - 2006 ġew indirizzati tajjeb.  Għal perjodu 2007 - 2013, il-kunċett tas-sostenibilita’ għandu rwol iżjed prominenti fl-għażla tal-proġetti.  Saru bidliet ukoll fil-proċess ta’ kif toħroġ is-sejħa għall-applikazzjonijiet u s-sistemi ta’ monitoraġġ.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Minister Bedingfield stresses the importance of prevention and cooperation in strengthening fire safety

PR261981en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Il-Ministru Bedingfield jisħaq fuq l-importanza tal-prevenzjoni u l-kollaborazzjoni biex tissaħħaħ is-sigurtà kontra n-nirien

PR261981

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Il-Ministru Bedingfield ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow