Il-President ta’ malta jibda Żjara uffiĊjali f’Ħad Dingli
PR1554
22/10/2008
| Il-President ta’ Malta, l-E.T. Dr. Eddie Fenech | Adami beda l-ewwel jum taż-żjara uffiċjali f’Ħad Dingli bi żjara fl-iskola Primarja Ġużè Ebejer. Il-President Fenech Adami ra t-taħriġ akkademiku li jingħataw l-istudenti u dak li jinkoraġġixxi l-iżvilupp tat-talenti u l-kreattivita’ ta’ kull tifel u tifla. Studenti ckejknin staqsew lill-President diversi mistoqsijiet dwar qabel u meta sar Kap ta’ l-istat. |
| Fil-Kulleġġ ta’ San Domenico | Savio, l-President ta’ Malta żar l-Art Room, il-Laboratorju tal-Bioloġija u l-Laboratorju tal-Kompjuter, kif ukoll il-Multi-purpose Hall fejn l-istudenti jkunu jistgħu jsegwu attivitajiet sportivi. |
| Il-President qal li fi | żjarat bħal dawn jirrealizza kemm il-livell tal-edukazzjoni qiegħed dejjem jogħla. Filwaqt li rringrazzja lill-għalliema għad-dedikazzjoni li biha jgħallmu lill-istudenti, huwa faħħar l-impenn tal-Patrijiet Salesjani li jgħallmu lill-istudenti b’enfasi fuq il-valuri u tisħiħ tal-identita’ li tagħmilna Maltin. Bħal ma qalulu l-istudenti ż-żgħar f’kanzunetta tagħhom: Malta sabiħa, sabiħa għax għandha valuri li ntirtu, u bihom hi ffurmata l-identita’ Maltija li jħaddnu l-Maltin u l-Għawdxin. Biss dawn il-valuri Maltin għandna nibżgħu għalihom u nirbħu l-perikli permezz tat-taħrig li ningħataw fl-iskejjel tagħna. |
| Iż-żjara f’Ħad-Dingli | tkompli llejla meta l-President Fenech Adami jiltaqa’ ma’ l-għaqdiet volontarji reliġjużi, politiċi, sportivi, kulturali u oħrajn. |
| Nhar il-Ħadd 26 ta’ Ottubru, | il-President u s-Sinjura Fenech Adami se jattendu għall-quddiesa fil-Knisja parrokkjali ta’ Ħad-Dingli fid-9.30 ta’ filgħodu u wara jiltaqgħu mar-residenti. Is-Sinjura Fenech Adami se żżur anzjani u xi familji fl-istess lokalita’. |
Other Press Releases:
PR261981en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...
PR261981