Forum dwar l-Arkivji Nazzjonali
PR1552
22/10/2008
| Meta kienet qed titkellem | fil-Forum dwar l-Arkivji Nazzjonali li sar dal-għodu, il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, Dolores Cristina, filwaqt li saħqet dwar l-importanza li nżommu tajjeb dawn l-arkivji għax huma xhieda ta’ l-istorja tagħna, appellat lil min għandu dokumenti importanti dwar xi perjodu ta’ l-istorja ta’ pajjiżna jew li huma ta’ importanza nazzjonali, biex jirreġistra dawn id-dokumenti ma’ l-Arkivista Nazzjonali biex inkunu nafu verament x’għandna. |
| Permezz ta’ dan il-Forum twettaq | rekwiżit li titlob il-Liġi dwar l-Arkivji Nazzjonali, li wettqet rivoluzzjoni siekta f’dan is-settur importanti tal-ħajja pubblika. |
| Għal ħafna snin, dan is-sors | importanti għall-istorja ta’ pajjiżna kien donnu jimxi waħdu u kien fl-2005 li saret liġi li ħolqot struttura biex tieħu ħsieb tmexxi l-Arkivji Nazzjonali tagħna. |
| Il-liġi ħolqot għall-ewwel darba l-karigi ta’ | Arkivista Nazzjonali u Assistent Arkivista Nazzjonali, tat ċerta awtonomija lil din l-istituzzjoni, waqqfet il-Kunsill Nazzjonali dwar l-Arkivji u wkoll ipprovdiet għal struttura sħiħa ta’ immaniġjar ta’ rekords. |
| “Fost il-funzjonijiet tal-Kunsill hemm dak li | darba kull sentejn jiġbor rapport dwar l-istat ta’ l-Arkviji u jiddiskutih f’Forum Nazzjonali miftuħ għall-pubbliku. Dan hu dak li qed nagħmlu l-lum,” qalet il-Ministru Cristina. |
| Il-Ministru qalet li bi tħejjija għal dan | il-Forum, l-Arkivji Nazzjonali ħejjew Rapport dwar l-Istat ta’ l-Arkivji. Intbgħat kwestjonarju lil 217 arkivju, jew entitajiet li għandom arkivju fosthom dipartimenti governattivi, ekklesjastiċi, ordnijiet reliġjużi, każini tal-banda u persuni privati. |
Fil-frattemp l-Arkivji Nazzjonali għaddejjin b’ħidma kbira biex idaħħlu kultura ta’ immaniġġjar ta’ rekords fis-Settur Pubbliku. Qed jaħdmu wkoll biex jibnu il-profil tas-settur permezz ta’ sit li se jkun fih servizzi ta’ e-government, liema sit se jiġi mniedi sa’ l-aħħar ta’ din is-sena. Illum ukoll qed nippublikaw ħarġa oħra tan-newsletter ta’ l-Arkivji Nazzjonali.
| Il-Ministru Cristina ħabbret li sena oħra Malta | se tospita konferenza ta’ aktar minn 200 arkivista mid-dinja kollha. It-tema se tkun dwar il-profil ta’ l-arkivista professjonali fis-seklu 21, u kif it-taghlim f’dan il-qasam jgħin għal ekonomija u demokrazija aħjar. |
| Hi | qalet li f’pajjiżna nistgħu niftaħru li noffru taħriġ f’dan il-qasam fil-livell terzjarju. Mis-sena 2005 sar possibli li wieħed jiggradwa kemm fil-livell ta’ Diploma kif ukoll ta’ Baċellerat fil-qasam arkivistiku mill-Universita’ ta’ Malta. “F’dan il-kuntest ma nistax ma nawgurax lit-tnax il student li ser jiggradwaw mill-Universita’ ta’ Malta fix-xjenza arkivistika proprju fi ftit ġimgħat oħra. Hu ta’ unur għall-Universita’ tagħna li toffri korsijiet b’suċċess f’suġġett daqstant speċjaliżżat. |
| Ir-rapport imħejji mill-Kumitat jagħmel numru | ta’ rakkomandazzjonijiet li huma meħtieġa biex dan is-settur ikompli jissaħħaħ, sostniet il-Ministru. |
| Hu | imperattiv li l-arkivji tagħna jkollhom sistemi ta’ sigurta’ fosthom kontra n-nirien u l-ilmijiet għax il-pajjiż ma jistax jissogra li jitlef dokumenti imprezzabbli li mhux biss jiffurmaw parti mill-wirt tagħna iżda jixhdu wkoll l-istorja tagħna. |
| Hu | mportanti wkoll li nkunu nafu x’użu qed isir mill-arkivji tagħna, kemm nies iżuruhom u għal biex huma mfittxija. Daqstant ieħor hu mportanti li l-arkivji kollha li jeżistu, anke dawk għand entijiet privati jew assoċjazzjonijiet ikunu reġistrati biex wieħed ikun jaf x’hawn fil-pajjiż. |
| Il-Ministru esprimiet ukoll ix-xewqa li jibdew | isiru laqgħat ta’ informazzjoni biex dawk interessati jkunu jafu kif u fejn jistgħu jfittxu ċerti dokumenti u fl-isess waqt ikunu jafu kif għandhom jinżammu dokumenti importanti bla ma ssirilhom ħsara u b’mod li jkunu indiċjati sew u aċċessibbli. |
| Issa | li l-pajjiż qed iħejji biex ikollu Liġi dwar il-Liberta’ ta’ l-Informazzjoni, fejn allura d-dokumenti tal-Gvern, fil-parti l-kbira tagħhom se jsiru aċċessibbli għall-pubbliku, hu importanti li dipartimenti u entijiet tal-Gvern ikunu mheġġa biex kemm jista’ jkun malajr jagħmlu dak mitlub minnhom mill-Att dwar l-Arkivji Nazzjonali u jaħtru uffiċjali kwalifikati biex jieħdu ħsieb l-arkivji tagħhom. |
| Il-Ministru qalet li l-Universita’ diġa’ bdiet | toffri korsijiet dwar l-Arkivjar. Dawn għandhom jissaħħu u jsiru wkoll aċċessibbli għal uffiċjali pubbliċi fosthom bl-introduzzjoni ta’ dawn il-korsijiet fil-għodu biex uffiċjali pubbliċi jkunu jistgħu jattendu għalihom bħala parti mix-xogħol tagħhom. |
| Għalkemm dan hu pajjiż żgħir, għandu storja | kbira. U għalhekk għandna volum kbir ta’ dokumenti x’nipproteġu u l-ispazju għalihom, kif spiss nindunaw meta niġi f’dan l-Arkivju, qed isir żgħir wisq. Għalhekk għandna bżonn, kemm għal skopijiet ta’ spażju kif ukoll biex ċerti oriġinali ma jkomplux jitgħarrqu bl-użu li jsir minnhom, li nħaffu l-proċess ta’ diġitalizzazzjoni ta’ dawn d-dokumenti, temmet tgħid il-Ministru Cristina. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261981en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...
PR261981