Left arrow Go Back

Forum dwar l-Arkivji Nazzjonali

PR1552
Date Icon 22/10/2008
Meta kienet qed titkellemfil-Forum dwar l-Arkivji Nazzjonali li sar dal-għodu, il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, Dolores Cristina, filwaqt li saħqet dwar l-importanza li nżommu tajjeb dawn l-arkivji għax huma xhieda ta’ l-istorja tagħna, appellat lil min għandu dokumenti importanti dwar xi perjodu ta’ l-istorja ta’ pajjiżna jew li huma ta’ importanza nazzjonali, biex jirreġistra dawn id-dokumenti ma’ l-Arkivista Nazzjonali biex inkunu nafu verament x’għandna.
Permezz ta’ dan il-Forum twettaqrekwiżit li titlob il-Liġi dwar l-Arkivji Nazzjonali, li wettqet rivoluzzjoni siekta f’dan is-settur importanti tal-ħajja pubblika.
Għal ħafna snin, dan is-sorsimportanti għall-istorja ta’ pajjiżna kien donnu jimxi waħdu u kien fl-2005 li saret liġi li ħolqot struttura biex tieħu ħsieb tmexxi l-Arkivji Nazzjonali tagħna.
Il-liġi ħolqot għall-ewwel darba l-karigi ta’Arkivista Nazzjonali u Assistent Arkivista Nazzjonali, tat ċerta awtonomija lil din l-istituzzjoni, waqqfet il-Kunsill Nazzjonali dwar l-Arkivji u wkoll ipprovdiet għal struttura sħiħa ta’ immaniġjar ta’ rekords.

“Fost il-funzjonijiet tal-Kunsill hemm dak lidarba kull sentejn jiġbor rapport dwar l-istat ta’ l-Arkviji u jiddiskutih f’Forum Nazzjonali miftuħ għall-pubbliku. Dan hu dak li qed nagħmlu l-lum,” qalet il-Ministru Cristina.
Il-Ministru qalet li bi tħejjija għal danil-Forum, l-Arkivji Nazzjonali ħejjew Rapport dwar l-Istat ta’ l-Arkivji.  Intbgħat kwestjonarju lil 217 arkivju, jew entitajiet li għandom arkivju fosthom dipartimenti governattivi, ekklesjastiċi, ordnijiet reliġjużi, każini tal-banda u persuni privati.

Fil-frattemp l-Arkivji Nazzjonali għaddejjin b’ħidma kbira biex idaħħlu kultura ta’ immaniġġjar ta’ rekords fis-Settur Pubbliku.  Qed jaħdmu wkoll biex jibnu il-profil tas-settur permezz ta’ sit li se jkun fih servizzi ta’ e-government, liema sit se jiġi mniedi sa’ l-aħħar ta’ din is-sena.  Illum ukoll qed nippublikaw ħarġa oħra tan-newsletter ta’ l-Arkivji Nazzjonali.

Il-Ministru Cristina ħabbret li sena oħra Maltase tospita konferenza ta’ aktar minn 200 arkivista mid-dinja kollha.  It-tema se tkun dwar il-profil ta’ l-arkivista professjonali fis-seklu 21, u kif it-taghlim f’dan il-qasam jgħin għal ekonomija u demokrazija aħjar.
Hiqalet li f’pajjiżna nistgħu niftaħru li noffru taħriġ f’dan il-qasam fil-livell terzjarju.  Mis-sena 2005 sar possibli li wieħed jiggradwa kemm fil-livell ta’ Diploma kif ukoll ta’ Baċellerat fil-qasam arkivistiku mill-Universita’ ta’ Malta.  “F’dan il-kuntest ma nistax ma nawgurax lit-tnax il student li ser jiggradwaw mill-Universita’ ta’ Malta fix-xjenza arkivistika proprju fi ftit ġimgħat oħra.  Hu ta’ unur għall-Universita’ tagħna li toffri korsijiet b’suċċess f’suġġett daqstant speċjaliżżat.
Ir-rapport imħejji mill-Kumitat jagħmel numruta’ rakkomandazzjonijiet li  huma meħtieġa biex dan is-settur ikompli jissaħħaħ, sostniet il-Ministru.
Huimperattiv li l-arkivji tagħna jkollhom sistemi ta’ sigurta’ fosthom kontra n-nirien u l-ilmijiet għax il-pajjiż ma jistax jissogra li jitlef dokumenti imprezzabbli li mhux biss jiffurmaw parti mill-wirt tagħna iżda jixhdu wkoll l-istorja tagħna.
Humportanti wkoll li nkunu nafu x’użu qed isir mill-arkivji tagħna, kemm nies iżuruhom u għal biex huma mfittxija.  Daqstant ieħor hu mportanti li l-arkivji kollha li jeżistu, anke dawk għand entijiet privati jew assoċjazzjonijiet ikunu reġistrati biex wieħed ikun jaf  x’hawn fil-pajjiż.
Il-Ministru esprimiet ukoll ix-xewqa li jibdewisiru laqgħat ta’ informazzjoni biex dawk interessati jkunu jafu kif u fejn jistgħu jfittxu ċerti dokumenti u fl-isess waqt ikunu jafu kif għandhom jinżammu dokumenti importanti bla ma ssirilhom ħsara u b’mod li jkunu indiċjati sew u aċċessibbli.
Issali l-pajjiż qed iħejji biex ikollu Liġi dwar il-Liberta’ ta’ l-Informazzjoni, fejn allura d-dokumenti tal-Gvern, fil-parti l-kbira tagħhom se jsiru aċċessibbli għall-pubbliku, hu importanti li dipartimenti u entijiet tal-Gvern ikunu mheġġa biex kemm jista’ jkun malajr jagħmlu dak mitlub minnhom mill-Att dwar l-Arkivji Nazzjonali u jaħtru uffiċjali kwalifikati biex jieħdu ħsieb l-arkivji tagħhom.
Il-Ministru qalet li l-Universita’ diġa’ bdiettoffri korsijiet dwar l-Arkivjar.  Dawn għandhom jissaħħu u jsiru wkoll aċċessibbli għal uffiċjali pubbliċi fosthom bl-introduzzjoni ta’ dawn il-korsijiet fil-għodu biex uffiċjali pubbliċi jkunu jistgħu jattendu għalihom bħala parti mix-xogħol tagħhom.
Għalkemm dan hu pajjiż żgħir, għandu storjakbira.  U għalhekk għandna volum kbir ta’ dokumenti x’nipproteġu u l-ispazju għalihom, kif spiss nindunaw meta niġi f’dan l-Arkivju, qed isir żgħir wisq.  Għalhekk għandna bżonn, kemm għal skopijiet ta’ spażju kif ukoll biex ċerti oriġinali ma jkomplux jitgħarrqu bl-użu li jsir minnhom, li nħaffu l-proċess ta’ diġitalizzazzjoni ta’ dawn d-dokumenti, temmet tgħid il-Ministru Cristina.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Minister Bedingfield stresses the importance of prevention and cooperation in strengthening fire safety

PR261981en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Il-Ministru Bedingfield jisħaq fuq l-importanza tal-prevenzjoni u l-kollaborazzjoni biex tissaħħaħ is-sigurtà kontra n-nirien

PR261981

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Il-Ministru Bedingfield ...

More Press Releases Right arrow