Left arrow Mur Lura

SEJĦA GĦALL-PROPOSTI TA’ PROĠETTI TAĦT il-Fond Soċjali Ewropew

PR1550
Date Icon 22/10/2008
Id-Diviżjoni dwar l-Ippjanar u l-Koordinazjonital-Prijoritajiet fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru għadha kif nehdiet sejħa ġdida għall-proġetti ko-finanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE) 2007 -2013.
Organizzazzjonijiet eliġibbli huma mistiedna lijissottomettu l-applikazzjonijiet għall-proġetti relatati ma żewġ assi ta’ prijorita’ taħt il-Programm Operattiv II, ‘Insaħħu Ħilitna għal iktar Impjiegi u Kwalita’ ta’ Ħajja Aħjar’
Għaldin is-sejħa l-Assi tal Prijorita li taħthom qed jintlaqaw proposti għall-proġetti huma:

-                      Assi ta’ Prijorita’ 2 - Ninvestu fl-impjegabbilta’ u l-adattabbilta’ tal-ħaddiema.

Allokazzjoni Finanzjarja : €10 miljuni – għas-Setturi kollha

-                      Assi ta’ Prijorita’ 4 - Insaħħu l-kapaċitajiet istituzzjonali u amministrattivi

Allokazzjoni Finanzjarja : €12 -il miljun –għas-Setturi kollha (€2 miljuni minnhom huma speċifikament allokati  għas-settur : Promozzjoni ta’ djalogu soċjali u ċivili aktar effetiv f’Malta)
Is-sejħa tagħlaq f’ nofs inhar(12:00 hrs) tat-Tnejn 15 ta’ Diċembru 2008

Il-Programm Operattiv II, formoli ta’ applikazzjoni, in-noti ta’ gwida, il-kriterji ta’ selezzjoni u eliġibilita’, kif ukoll aktar informazzjoni jistgħu jitniżżlu mis-sit elettroniku www.ppcd.gov.mt

Għall-aktar tagħrif u gwida, applikanti prospettivi huma mistiedna japplikaw għal Sessjoni ta’ Informazzjoni ta’ nofs ta’ nhar li ser issir l-Erbgħa, 5 ta’ Novembru 2008 mis-2pm sal 5pm jew il-Ġimgħa, 7 ta’ Novembru 2008, mid- 9am sa nofs inhar. Formoli għar-reġistrazzjoni għal Sessjoni ta’ Informazzjoni jistaw jinkisbu minn: www.ppcd.gov.mt/calls_all u jintbagħtu lil Ms Claire Hollier (claire.hollier@gov.mt) sa nofs inhar tat-Tnejn, 3 ta’ Novembru 2008. Il-postijiet huma limitati u jingħataw lil min jibbukja l-ewwel. In-numru ta’ applikanti għal kull organizazzjoni jista’ jkun ristrett.

Mistoqsijiet ġenerali relatati ma din is-sejħa jew mal- Politika ta’ Koeżjoni 2007 - 2013 għandhom jiġu indirizzati lil Email Helpdesk: info@ppcd.gov.mt.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Minister Bedingfield stresses the importance of prevention and cooperation in strengthening fire safety

PR261981en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Il-Ministru Bedingfield jisħaq fuq l-importanza tal-prevenzjoni u l-kollaborazzjoni biex tissaħħaħ is-sigurtà kontra n-nirien

PR261981

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Il-Ministru Bedingfield ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow