SEJĦA GĦALL-PROPOSTI TA’ PROĠETTI TAĦT il-Fond Soċjali Ewropew
| Id-Diviżjoni dwar l-Ippjanar u l-Koordinazjoni | tal-Prijoritajiet fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru għadha kif nehdiet sejħa ġdida għall-proġetti ko-finanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE) 2007 -2013. |
| Organizzazzjonijiet eliġibbli huma mistiedna li | jissottomettu l-applikazzjonijiet għall-proġetti relatati ma żewġ assi ta’ prijorita’ taħt il-Programm Operattiv II, ‘Insaħħu Ħilitna għal iktar Impjiegi u Kwalita’ ta’ Ħajja Aħjar’ |
| Għal | din is-sejħa l-Assi tal Prijorita li taħthom qed jintlaqaw proposti għall-proġetti huma: |
- Assi ta’ Prijorita’ 2 - Ninvestu fl-impjegabbilta’ u l-adattabbilta’ tal-ħaddiema.
Allokazzjoni Finanzjarja : €10 miljuni – għas-Setturi kollha
- Assi ta’ Prijorita’ 4 - Insaħħu l-kapaċitajiet istituzzjonali u amministrattivi
| Allokazzjoni Finanzjarja : €12 -il miljun – | għas-Setturi kollha (€2 miljuni minnhom huma speċifikament allokati għas-settur : Promozzjoni ta’ djalogu soċjali u ċivili aktar effetiv f’Malta) |
| Is-sejħa tagħlaq f’ nofs inhar | (12:00 hrs) tat-Tnejn 15 ta’ Diċembru 2008 |
Il-Programm Operattiv II, formoli ta’ applikazzjoni, in-noti ta’ gwida, il-kriterji ta’ selezzjoni u eliġibilita’, kif ukoll aktar informazzjoni jistgħu jitniżżlu mis-sit elettroniku www.ppcd.gov.mt
Għall-aktar tagħrif u gwida, applikanti prospettivi huma mistiedna japplikaw għal Sessjoni ta’ Informazzjoni ta’ nofs ta’ nhar li ser issir l-Erbgħa, 5 ta’ Novembru 2008 mis-2pm sal 5pm jew il-Ġimgħa, 7 ta’ Novembru 2008, mid- 9am sa nofs inhar. Formoli għar-reġistrazzjoni għal Sessjoni ta’ Informazzjoni jistaw jinkisbu minn: www.ppcd.gov.mt/calls_all u jintbagħtu lil Ms Claire Hollier (claire.hollier@gov.mt) sa nofs inhar tat-Tnejn, 3 ta’ Novembru 2008. Il-postijiet huma limitati u jingħataw lil min jibbukja l-ewwel. In-numru ta’ applikanti għal kull organizazzjoni jista’ jkun ristrett.
Mistoqsijiet ġenerali relatati ma din is-sejħa jew mal- Politika ta’ Koeżjoni 2007 - 2013 għandhom jiġu indirizzati lil Email Helpdesk: info@ppcd.gov.mt.
Other Press Releases:
PR261981en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...
PR261981