Left arrow Mur Lura

Stqarrija mill-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: IL-GVERN MA JIKKONFERMAX ĊIFRI VVINTATI MINN KONSULENTI ANONOMI, LI PPUBBLIKA L-PARTIT LABURISTA

PR1547
Date Icon 21/10/2008
Il-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport uKomunikazzjoni jiddikjara li m’hu qiegħed jikkonferma xejn miċ-ċifri ivvintati minn konsulenti anonimi li ppubblika l-Partit Laburista l-bieraħ.
Il-Gvern ma kellux għaliex jirreferigħall-kalkoli li saru mill-Partit Laburista f’mument, meta  l-proċess ta’ konsultazzjoni ma’ l-imsieħba soċjali dwar it-tariffi tad-dawl u l-ilma għadu għaddej. Il-Partit Laburista ma ħariġx iċ-ċifri li ħareġ biex jgħin biex tkun riżolta l-isfida ta’ l-ispiża tal-enerġija, iżda biex ifixkel il-konsultazzjoni.
Il-fatt li l-Partit Laburista qed jikkwotakonsulenti anonimi ma jnaqqas xejn mill-fatt li l-Partit Laburista qed ikun tipikament irresponsabbli bid-dikjarazzjonijiet fażulli li qed jagħmel.
Il-Gvern b’rieda tajba u għax ifittex l-ewwell-interess nazzjonali, stieden ukoll lill-Kap ta’ l-Oppożizzjoni għall-preżentazzjoni dwar dak li kien qiegħed jiġi propost għad-diskussjoni bħala parti mir-reviżjoni tat-tariffi tad-dawl u l-ilma. Minflok, il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni għażel li jibgħat minfloku lil rappreżentanti oħra li mbagħad ma ddikjarawx ruħhom bħala responsabbli għaċ-ċifri vvintati li ħareġ il-bieraħ.
L-isfortuna hi li l-Oppożizzjoni Laburistaminflok sfruttat din l-okkażjoni biex toħroġ bi proposti jew alternattivi oħra, kif wara kollox ilu li wiegħed li se jagħmel Il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni Dr. Joseph Muscat, il-Partit Laburista reġa’ għażel li jkun partiġġjan u li ma jkunx serju.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Minister Bedingfield stresses the importance of prevention and cooperation in strengthening fire safety

PR261981en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Il-Ministru Bedingfield jisħaq fuq l-importanza tal-prevenzjoni u l-kollaborazzjoni biex tissaħħaħ is-sigurtà kontra n-nirien

PR261981

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Il-Ministru Bedingfield ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow