Stqarrija mill-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: IL-GVERN MA JIKKONFERMAX ĊIFRI VVINTATI MINN KONSULENTI ANONOMI, LI PPUBBLIKA L-PARTIT LABURISTA
PR1547
21/10/2008
| Il-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u | Komunikazzjoni jiddikjara li m’hu qiegħed jikkonferma xejn miċ-ċifri ivvintati minn konsulenti anonimi li ppubblika l-Partit Laburista l-bieraħ. |
| Il-Gvern ma kellux għaliex jirreferi | għall-kalkoli li saru mill-Partit Laburista f’mument, meta l-proċess ta’ konsultazzjoni ma’ l-imsieħba soċjali dwar it-tariffi tad-dawl u l-ilma għadu għaddej. Il-Partit Laburista ma ħariġx iċ-ċifri li ħareġ biex jgħin biex tkun riżolta l-isfida ta’ l-ispiża tal-enerġija, iżda biex ifixkel il-konsultazzjoni. |
| Il-fatt li l-Partit Laburista qed jikkwota | konsulenti anonimi ma jnaqqas xejn mill-fatt li l-Partit Laburista qed ikun tipikament irresponsabbli bid-dikjarazzjonijiet fażulli li qed jagħmel. |
| Il-Gvern b’rieda tajba u għax ifittex l-ewwel | l-interess nazzjonali, stieden ukoll lill-Kap ta’ l-Oppożizzjoni għall-preżentazzjoni dwar dak li kien qiegħed jiġi propost għad-diskussjoni bħala parti mir-reviżjoni tat-tariffi tad-dawl u l-ilma. Minflok, il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni għażel li jibgħat minfloku lil rappreżentanti oħra li mbagħad ma ddikjarawx ruħhom bħala responsabbli għaċ-ċifri vvintati li ħareġ il-bieraħ. |
| L-isfortuna hi li l-Oppożizzjoni Laburista | minflok sfruttat din l-okkażjoni biex toħroġ bi proposti jew alternattivi oħra, kif wara kollox ilu li wiegħed li se jagħmel Il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni Dr. Joseph Muscat, il-Partit Laburista reġa’ għażel li jkun partiġġjan u li ma jkunx serju. |
Other Press Releases:
PR261981en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...
PR261981