IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-KONSULTAZZJONI PUBBLIKA U INFORMAZZJONI CHRIS SAID JINDIRIZZA LILL-KUNSILLIERA LOKALI ELETTI FL-ELEZZJONIJIET TA’ MARZU LI GĦADDA WAQT SESSJONI TA’ TAĦRIĠ ORGANIZZATA MID-DIPARTIMENT TAL-KUNSILLI LOKALI
PR1546
21/10/2008
| Waqt sessjoni ta’ taħriġ organizzat | mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali għall-Kunsilliera Lokali eletti fl-Elezzjonijiet li għaddew, is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said qal li mill-bidu li hu ħa l-kariga ta’ Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali saħaq fuq l-importanza li l-Kunsilliera kollha jingħatalhom taħrig għall-kariga l-ġdida tagħhom għax jemmen li t-taħriġ huwa għodda importanti biex ikunu fl-aqwa pozizzjoni biex jaqdu l-missjoni fdata lilhom. |
| Waqt dawn is-sessjonijiet ta’ taħrig li ser | ikunu mqassma fuq il-ġimgħat li ġejjin, ser tiġi diskussa u spjegata l-liġi li tirregola l-Kunsilli Lokali u l-proċeduri u r-regolamenti marbuta magħha. Huwa essenzjali u importanti ħafna li l-Kunsilliera kollha jkunu mħarrġa biex jifhmu x’tirrikjedi l-kariga ta’ Kunsillier. |
| Chris Said qal ukoll li fis-sena li ġejja ser | isir programm ta’ taħriġ speċjalizzat u estensiv fuq diversi oqsma bħal l-ambjent, l-infrastruttura, it-turiżmu, u l-qasam soċjali biex dawk il-Kunsilliera li jkunu responsabbli minn dawn l-oqsma jkunu mħarrġa aktar ħalli finalment ir-resident jingħata l-aqwa servizz possibli. |
| Qed tiġi studjata wkoll il-possibilita’ li jiġu | offruti programmi ta’ taħriġ ghall-Kunsilliera barra minn Malta sabiex jitgħallmu mill-esperjenzi ta’ kif jaħdmu kunsilli barranin, speċjalment f’pajjiżi fejn il-Kunsilli Lokali ilhom stabbiliti għal ħafna snin. |
| Fir-rigward ta’ fondi offruti mill-Unjoni | Ewropea, Chris Said qal li hu importanti li wieħed ifittex fondi anke għat-taħriġ, kemm għall-Kunsilliera u kif ukoll għall-ħaddiema tal-Kunsilli Lokali. Is-Segretarju Parlamentari qal li l-Gvern jemmen li jrid ikun hemm programm ta’ taħriġ strutturat. Huwa semma d-diskussjonijiet li għaddejin dwar il-possibilita` li jingħataw korsijiet mill-istituzzjonijiet edukattivi ta’ pajjizna fejn kull min hu interessat ikun jista’ jieħu taħrig fuq l-aspetti kollha relatati mal-Kunsilli Lokali. |
| Is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni | Pubblika u Informazzjoni irringrazzja lil dawk kollha li attendew u nnota wkoll li hemm diversi Kunsilliera li minkejja li ilhom iservu fil-Kunsill Lokali xorta ħassew il-bżonn li jieħdu aktar taħriġ. |
| Fil-ftuħ ta’ l-ewwel sessjoni ta’ taħriġ | indirizzaw ukoll lill-Kunsilliera preżenti, s-Sur Natalino Attard, Direttur tal-Dipartiment tal-Gvern Lokali u s-Sur Michael Cohen, President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261981en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...
PR261981