Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-KONSULTAZZJONI PUBBLIKA U INFORMAZZJONI CHRIS SAID JINDIRIZZA LILL-KUNSILLIERA LOKALI ELETTI FL-ELEZZJONIJIET TA’ MARZU LI GĦADDA WAQT SESSJONI TA’ TAĦRIĠ ORGANIZZATA MID-DIPARTIMENT TAL-KUNSILLI LOKALI

PR1546
Date Icon 21/10/2008
Waqt sessjoni ta’ taħriġ organizzatmid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali għall-Kunsilliera Lokali eletti fl-Elezzjonijiet li għaddew, is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said qal li mill-bidu li hu ħa l-kariga ta’ Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali saħaq fuq l-importanza li l-Kunsilliera kollha jingħatalhom taħrig għall-kariga l-ġdida tagħhom għax jemmen li t-taħriġ huwa għodda importanti biex ikunu fl-aqwa pozizzjoni biex jaqdu l-missjoni fdata lilhom.
Waqt dawn is-sessjonijiet ta’ taħrig li serikunu mqassma fuq il-ġimgħat li ġejjin, ser tiġi diskussa u spjegata l-liġi li tirregola l-Kunsilli Lokali u l-proċeduri u r-regolamenti marbuta magħha. Huwa essenzjali u importanti ħafna li l-Kunsilliera kollha jkunu mħarrġa biex jifhmu x’tirrikjedi l-kariga ta’ Kunsillier.
Chris Said qal ukoll li fis-sena li ġejja serisir programm ta’ taħriġ speċjalizzat u estensiv fuq diversi oqsma bħal l-ambjent, l-infrastruttura, it-turiżmu, u l-qasam soċjali biex dawk il-Kunsilliera li jkunu responsabbli minn dawn l-oqsma jkunu mħarrġa aktar ħalli finalment ir-resident jingħata l-aqwa servizz possibli.
Qed tiġi studjata wkoll il-possibilita’ li jiġuoffruti programmi ta’ taħriġ ghall-Kunsilliera barra minn Malta sabiex jitgħallmu mill-esperjenzi ta’ kif jaħdmu kunsilli barranin, speċjalment f’pajjiżi fejn il-Kunsilli Lokali ilhom stabbiliti għal ħafna snin.
Fir-rigward ta’ fondi offruti mill-UnjoniEwropea, Chris Said qal li hu importanti li wieħed ifittex fondi anke għat-taħriġ, kemm għall-Kunsilliera u kif ukoll għall-ħaddiema tal-Kunsilli Lokali. Is-Segretarju Parlamentari qal li l-Gvern jemmen li jrid ikun hemm programm ta’ taħriġ strutturat. Huwa semma d-diskussjonijiet li għaddejin dwar il-possibilita` li jingħataw korsijiet mill-istituzzjonijiet edukattivi ta’ pajjizna fejn kull min hu interessat ikun jista’ jieħu taħrig fuq l-aspetti kollha relatati mal-Kunsilli Lokali.
Is-Segretarju Parlamentari għall-KonsultazzjoniPubblika u Informazzjoni irringrazzja lil dawk kollha li attendew u nnota wkoll li hemm diversi Kunsilliera li minkejja li ilhom iservu fil-Kunsill Lokali xorta ħassew il-bżonn li jieħdu aktar taħriġ.
Fil-ftuħ ta’ l-ewwel sessjoni ta’ taħriġindirizzaw ukoll lill-Kunsilliera preżenti, s-Sur Natalino Attard, Direttur tal-Dipartiment tal-Gvern Lokali u s-Sur Michael Cohen, President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Minister Bedingfield stresses the importance of prevention and cooperation in strengthening fire safety

PR261981en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Il-Ministru Bedingfield jisħaq fuq l-importanza tal-prevenzjoni u l-kollaborazzjoni biex tissaħħaħ is-sigurtà kontra n-nirien

PR261981

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Il-Ministru Bedingfield ...

More Press Releases Right arrow