INFURZAR F’BIEB IL-BELT VALLETTA
PR1545
21/10/2008
| Id-Diviżjoni tal-Propjetà | tal-Gvern (GPD) flimkien ma’ membri tal-korp tal-Pulizija tal-għassa tal-Belt, u ħaddiema tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, it-Tlieta filgħodu għamlu eżerċizzju ta’ infurzar fil-Belt Valletta, fiż-żona tal-venda tal-karozzi tal-linja. Is-sidien li saru l-azzjonijiet fil-konfront tagħhom, ġew servuti b’ittra nhar it-3 ta’ Ottubru, sabiex jirregolarizzaw ruħhom skond il-proviżjonijiet tal-liġi. |
| Dawn l-azzjonijiet saru | għar-raġuni li s-sidien tal-istabbilimenti żammew l-għamara fil-post, minkejja din l-ittra, u b’hekk okkupaw art pubblika illegalment. Fid-dawl ta’ dan ittieħdu passi ta’ infurzar. |
| Sitt stabbilimenti nstabu | jiksru l-liġi. Minn fuq il-post ittieħdu 29 mejda, 86 siġġu, 10 umbrelel, u numru kbir ta’ biċċiet ta’ għamara oħra, fosthom bankijiet, xkaffar, freezers u fridges, apparat ieħor tal-kċina, qsari, pjanti u oħrajn. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261981en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...
PR261981