Left arrow Go Back

INFURZAR F’BIEB IL-BELT VALLETTA

PR1545
Date Icon 21/10/2008
Id-Diviżjoni tal-Propjetàtal-Gvern (GPD) flimkien ma’ membri tal-korp tal-Pulizija tal-għassa tal-Belt, u ħaddiema tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, it-Tlieta filgħodu għamlu eżerċizzju ta’ infurzar fil-Belt Valletta, fiż-żona tal-venda tal-karozzi tal-linja.  Is-sidien li saru l-azzjonijiet fil-konfront tagħhom, ġew servuti b’ittra nhar it-3 ta’ Ottubru,  sabiex jirregolarizzaw ruħhom skond il-proviżjonijiet tal-liġi.
Dawn l-azzjonijiet sarugħar-raġuni li s-sidien tal-istabbilimenti żammew l-għamara fil-post, minkejja din l-ittra, u b’hekk okkupaw art pubblika illegalment.  Fid-dawl ta’ dan ittieħdu passi ta’ infurzar.
Sitt stabbilimenti nstabujiksru l-liġi.  Minn fuq il-post ittieħdu 29 mejda, 86 siġġu, 10 umbrelel, u numru kbir ta’ biċċiet ta’ għamara oħra, fosthom bankijiet, xkaffar, freezers u fridges, apparat ieħor tal-kċina, qsari, pjanti u oħrajn.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Minister Bedingfield stresses the importance of prevention and cooperation in strengthening fire safety

PR261981en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Il-Ministru Bedingfield jisħaq fuq l-importanza tal-prevenzjoni u l-kollaborazzjoni biex tissaħħaħ is-sigurtà kontra n-nirien

PR261981

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Il-Ministru Bedingfield ...

More Press Releases Right arrow