Left arrow Mur Lura

Malta tisħaq dwar l-importanza li jintlaħaq ftehim dwar il-pakkett tal-klima

PR1544
Date Icon 21/10/2008
Waqt il-laqgħa tal-Kunsill tal-Ambjent li saretil-bieraħ fil-Lussemburgu, il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino saħaq dwar il-ħtieġa li jintlaħaq ftehim dwar il-pakkett tal-klima u l-enerġija sal-aħħar tas-sena. B’dan il-pakkett kull pajjiż Ewropew ikollu rwol ewlieni fuq livell internazzjonali dwar l-isfida tal-bdil fil-klima.
Malta qablet mal-prinċipjiġenerali fil-pakkett, partikolarment mal-fatt li l-mira tal-Unjoni Ewropea hi li fl-Ewropa jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra b’ 20% sal-2020.  Kemm-il darba jintlaħaq ftehim sodisfaċenti internazzjonali bejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, pajjiżi żviluppati u pajjiżi anqas żviluppati l-mira Ewropea titla’ għal 30%.
Il-MinistruPullicino saħaq li għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-impatt li jista’ jkollu, livell ta’ 100% tal-irkant ta’ drittijiet għall-emmissjonijiet fuq is-settur tal-produzzjoni tal-enerġija f’pajjiżna. Huwa għalhekk li Malta laqgħet b’sodisfazzjon dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-possibilta’ li pajjiżi f’ċirkostanżi speċjali u bi swieq regolati jkunu jistgħu japplikaw għal deroga speċifika mil-livell ta’ 100% fl-irkant għas-settur tal-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-2013.
Il-MinistruPullicino għamel ukoll intervent dwar il-Genetically Modified Organisms (GMO), fejn saħaq dwar sistema aktar b’saħħitha biex jiġu studjati l-effetti fuq l-ambjent. Il-Ministru Pullicino sostna li għanda tkun il-kumpanija li tkun trid tpoġġi fuq is-suq prodotti Genetically Modified  li tkun marbuta sabiex tassigura s-sigurta’ tal-varjeta’ tal-GMOs għal reġjuni ġeografiċi sensittivi.
Malta wkolltkellmet favur il-ħolqien ta’ metodoloġija aħjar għal analiżi soċjo-ekonomika dwar il-GMOs. Malta saħqet li tikkunsidra li l-kultivazzjoni tal-GMOs hi inkompatibbli mas-siti tan-Natura 2000 u ż-żoni li huma ddedikati l-aktar għall-kultivazzjoni ta’ uċuħ tar-raba b’sistema tradizzjonali jew organika.
Malta saħqet liżoni bħal dawn għandhom ikunu protetti mill-kultivazzjoni tal-GMOs awtomatikament, u l-Istati Membri għandhom ikunu intitolati sabiex jinfurzaw din il-protezzjoni, b’buffer zones adegwati madwar siti bħal dawn.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Minister Bedingfield stresses the importance of prevention and cooperation in strengthening fire safety

PR261981en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Il-Ministru Bedingfield jisħaq fuq l-importanza tal-prevenzjoni u l-kollaborazzjoni biex tissaħħaħ is-sigurtà kontra n-nirien

PR261981

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Il-Ministru Bedingfield ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow