Malta tisħaq dwar l-importanza li jintlaħaq ftehim dwar il-pakkett tal-klima
PR1544
21/10/2008
| Waqt il-laqgħa tal-Kunsill tal-Ambjent li saret | il-bieraħ fil-Lussemburgu, il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino saħaq dwar il-ħtieġa li jintlaħaq ftehim dwar il-pakkett tal-klima u l-enerġija sal-aħħar tas-sena. B’dan il-pakkett kull pajjiż Ewropew ikollu rwol ewlieni fuq livell internazzjonali dwar l-isfida tal-bdil fil-klima. |
| Malta qablet mal-prinċipji | ġenerali fil-pakkett, partikolarment mal-fatt li l-mira tal-Unjoni Ewropea hi li fl-Ewropa jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra b’ 20% sal-2020. Kemm-il darba jintlaħaq ftehim sodisfaċenti internazzjonali bejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, pajjiżi żviluppati u pajjiżi anqas żviluppati l-mira Ewropea titla’ għal 30%. |
| Il-Ministru | Pullicino saħaq li għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-impatt li jista’ jkollu, livell ta’ 100% tal-irkant ta’ drittijiet għall-emmissjonijiet fuq is-settur tal-produzzjoni tal-enerġija f’pajjiżna. Huwa għalhekk li Malta laqgħet b’sodisfazzjon dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-possibilta’ li pajjiżi f’ċirkostanżi speċjali u bi swieq regolati jkunu jistgħu japplikaw għal deroga speċifika mil-livell ta’ 100% fl-irkant għas-settur tal-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-2013. |
| Il-Ministru | Pullicino għamel ukoll intervent dwar il-Genetically Modified Organisms (GMO), fejn saħaq dwar sistema aktar b’saħħitha biex jiġu studjati l-effetti fuq l-ambjent. Il-Ministru Pullicino sostna li għanda tkun il-kumpanija li tkun trid tpoġġi fuq is-suq prodotti Genetically Modified li tkun marbuta sabiex tassigura s-sigurta’ tal-varjeta’ tal-GMOs għal reġjuni ġeografiċi sensittivi. |
| Malta wkoll | tkellmet favur il-ħolqien ta’ metodoloġija aħjar għal analiżi soċjo-ekonomika dwar il-GMOs. Malta saħqet li tikkunsidra li l-kultivazzjoni tal-GMOs hi inkompatibbli mas-siti tan-Natura 2000 u ż-żoni li huma ddedikati l-aktar għall-kultivazzjoni ta’ uċuħ tar-raba b’sistema tradizzjonali jew organika. |
| Malta saħqet li | żoni bħal dawn għandhom ikunu protetti mill-kultivazzjoni tal-GMOs awtomatikament, u l-Istati Membri għandhom ikunu intitolati sabiex jinfurzaw din il-protezzjoni, b’buffer zones adegwati madwar siti bħal dawn. |
Other Press Releases:
PR261981en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...
PR261981