Left arrow Mur Lura

WIRJA TA’ XOGĦLIJIET TAL-IDEJN MAĦDUMA MILL-ANZJANI LI JATTENDU FIĊ-ĊENTRI TA’ MATUL IL-JUM

PR1543
Date Icon 21/10/2008
Illum ġietinawgurata wirja ta’ xogħlijiet tal-idejn maħduma mill-anzjani li jattendu ċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum li hawn imxerrda madwar Malta. Għal din l-inawgurazzjoni kien hemm preżenti s-Sinjura Fenech Adami, kif ukoll l-Onor. Mario Galea, Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ u d-Direttriċi għall-Kura ta’ l-Anzjani Dr. Stephanie Xuereb.
Din hijar-raba’ sena li qed tittella’ din il-wirja. Din il-wirja qed issir fiċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum taż-Żurrieq u se tibqa’ miftuħa sa nhar il-Ġimgħa, 24 ta’ Ottubru. Fost ix-xogħlijiet li hemm esebiti wieħed isib fost l-oħrajn ganutell, parċmina, xogħol tan-knitting, crochet, xogħol bil-lewlu u bosta crafts oħra.

L-Onor. Galea feraħ lill-anzjani għax-xogħol tagħhom, filwaqt li stqarr li huwa fatt li l-anzjani qed jgħixu aktar – il-medja ta’ l-eta’ hija 77 sena għall-irġiel u 82 sena għan-nisa. Huwa qal li l-anzjani għandhom jgħixu u mhux jeżistu u għalhekk huwa importanti li nżommu  l-kunċett ta’ ‘adding life to years, not years to life.’

Huwa komplajgħid li tant id-Day Centres kienu suċċess li s-Segretarjat għall-Anzjani u Kura fil-Komunita qed jaħseb biex jiftaħ l-evening centres ukoll, bl-istess kunċett tad- Day Centres imma għal filgħaxija. Imbagħad hemm in-Night Shelters proġett li se jiġi ntrodott fiż-Żejtun. Dan il-post se jilqa’ fih anzjani li jiddejqu jqattgħu l-lejl waħedhom. B’hekk ikunu jistgħu jmorru jorqdu fih u mbagħad l-għada filgħodu wara l-kolazzjon u l- quddies jmorru  lura d-dar.
Finalment l-Onor. Galea irringrazzja lil kullwieħed mill-Heads tad-Day Centres għas-sehem tagħhom biex din il-wirja setgħet isseħħ. Huwa rringrazzja wkoll lil dawk l-anzjani li b’mod volontarju jaqsmu l-ħiliet tagħhom ma’ anzjani oħra.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Minister Bedingfield stresses the importance of prevention and cooperation in strengthening fire safety

PR261981en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Il-Ministru Bedingfield jisħaq fuq l-importanza tal-prevenzjoni u l-kollaborazzjoni biex tissaħħaħ is-sigurtà kontra n-nirien

PR261981

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Il-Ministru Bedingfield ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow