WIRJA TA’ XOGĦLIJIET TAL-IDEJN MAĦDUMA MILL-ANZJANI LI JATTENDU FIĊ-ĊENTRI TA’ MATUL IL-JUM
PR1543
21/10/2008
| Illum ġiet | inawgurata wirja ta’ xogħlijiet tal-idejn maħduma mill-anzjani li jattendu ċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum li hawn imxerrda madwar Malta. Għal din l-inawgurazzjoni kien hemm preżenti s-Sinjura Fenech Adami, kif ukoll l-Onor. Mario Galea, Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ u d-Direttriċi għall-Kura ta’ l-Anzjani Dr. Stephanie Xuereb. |
| Din hija | r-raba’ sena li qed tittella’ din il-wirja. Din il-wirja qed issir fiċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum taż-Żurrieq u se tibqa’ miftuħa sa nhar il-Ġimgħa, 24 ta’ Ottubru. Fost ix-xogħlijiet li hemm esebiti wieħed isib fost l-oħrajn ganutell, parċmina, xogħol tan-knitting, crochet, xogħol bil-lewlu u bosta crafts oħra. |
L-Onor. Galea feraħ lill-anzjani għax-xogħol tagħhom, filwaqt li stqarr li huwa fatt li l-anzjani qed jgħixu aktar – il-medja ta’ l-eta’ hija 77 sena għall-irġiel u 82 sena għan-nisa. Huwa qal li l-anzjani għandhom jgħixu u mhux jeżistu u għalhekk huwa importanti li nżommu l-kunċett ta’ ‘adding life to years, not years to life.’
| Huwa kompla | jgħid li tant id-Day Centres kienu suċċess li s-Segretarjat għall-Anzjani u Kura fil-Komunita qed jaħseb biex jiftaħ l-evening centres ukoll, bl-istess kunċett tad- Day Centres imma għal filgħaxija. Imbagħad hemm in-Night Shelters proġett li se jiġi ntrodott fiż-Żejtun. Dan il-post se jilqa’ fih anzjani li jiddejqu jqattgħu l-lejl waħedhom. B’hekk ikunu jistgħu jmorru jorqdu fih u mbagħad l-għada filgħodu wara l-kolazzjon u l- quddies jmorru lura d-dar. |
| Finalment l-Onor. Galea irringrazzja lil kull | wieħed mill-Heads tad-Day Centres għas-sehem tagħhom biex din il-wirja setgħet isseħħ. Huwa rringrazzja wkoll lil dawk l-anzjani li b’mod volontarju jaqsmu l-ħiliet tagħhom ma’ anzjani oħra. |
Other Press Releases:
PR261981en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...
PR261981