Left arrow Mur Lura

Open Day biex JITFAKKAR il-Jum Ewropew tal-Ġustizzja Ċivili

PR1542
Date Icon 21/10/2008
Il-Qrati tal-Ġustizzja fil-Belt Valletta serikunu miftuħa għall-pubbliku in generali nhar il-Ħadd li ġej biex jitfakkar il-Jum Ewropew tal-Ġustizzja Ċivili għall-ewwel darba f’Malta. Fl-2003 il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill ta’ l-Ewropa niedew il-Jum Ewropew tal-Ġustizzja Ċivili bil-għan li, fil-25 t’Ottubru ta’ kull sena,  iċ-ċittadin Ewropew ikun konxju mill-ġustizzja ċivili.
Dan il-jum huwa opportunita’ għall-pubbliku biexjiffamiljarizza ruħu mas-sistema tal-ġustizzja ċivili u li għandha tgħin biex tali ġustizzja ssir aktar aċċessibbli għalihom.  L-iskop tal-Kummissjoni u tal-Kunsill wara t-twaqqif tal-Jum Ewropew tal-Ġustizzja Ċivili kien li tiġi stabbilita okkażjoni simbolika, ġurnata fejn fiha jiġi rikonoxxut illi l-ġustizzja hija, primarjament, għas-servizz taċ-ċittadini sabiex tassistihom jirriżolvu l-kwistjonijiet privati tagħhom u li jasserixxu d-drittijiet tagħhom.
Il-liġi Ċivili hija parti mill-ħajja ta’ kuljumgħac-ċittadini Ewropej – fil-postijiet tax-xogħol, meta jiżżewġu, ikollhom it-tfal jew meta jmorru jixtru oġġetti jew servizzi fi ħdan suq ħieles.  Pero’ l-pubbliku ftit jaf dwar id-drittijiet tiegħu wisq anqas dwar kif il-ġustizzja ċivili taħdem.  Dan il-Jum Ewropew twaqqaf sabiex jelenka l-importanza tal-ġustizzja ċivili u sabiex iħeġġeġ aktar informazzjoni organizzata u kampanja pubbliċitarja sabiex il-parteċipanti jifhmu aħjar kif taħdem is-sistema ġudizzjarja.  Huwa ttamat li dan il-Jum jgħin ukoll sabiex titqajjem kuxjenza fost iċ-ċittadini Ewropej dwar ir-rwol dejjem akbar fil-qasam tal-ġustizzja.
Sabiex jiġi ċċelebrat dan il-Jum, id-Diviżjonital-Qrati tal-Ġustizzja f’kollaborazzjoni mal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern se torganizza Open Day nhar il-Ħadd 26 t’Ottubru 2008 bejn id-9.30am u n-12.30pm.  Din l-attivita’ tibda’ biċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa fid-9.30am fil-foyer tal-Qorti, bid-dħul minn Triq ir-Repubblika l-Belt Valletta. Wara l-pubbliku jittieħed f’diversi awli fejn isiru s-seduti tal-Qorti fosthom fl-awla tal-Qorti ta’ l-Appell u l-Qorti Kostituzzjonali kif ukoll fl-awla Kriminali.  Se jkun hemm ukoll preżentazzjoni bil-power point li telenka l-funzjonijiet u l-proċeduri użati fid-diversi Qrati u Tribunali, liema preżentazzjoni se ssir f’awla numru 22 fl-10.30am u l-11.30am. Il-pubbliku huwa mistieden sabiex jattendi.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Minister Bedingfield stresses the importance of prevention and cooperation in strengthening fire safety

PR261981en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Il-Ministru Bedingfield jisħaq fuq l-importanza tal-prevenzjoni u l-kollaborazzjoni biex tissaħħaħ is-sigurtà kontra n-nirien

PR261981

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Il-Ministru Bedingfield ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow