IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-KONSULTAZZJONI PUBBLIKA U INFORMAZZJONI CHRIS SAID, JINDIRIZZA L-ASSEMBLEA LOKALI ORGANIZZATA MILL-KUNSILL LOKALI TAL-IMQABBA
PR1541
21/10/2008
| “Ambjent b’saħħtu…il-pass li | jmiss” kienet it-tema prinċipali ta’ Assemblea Lokali organizzata mill-Kunsill Lokali tal-Imqabba bħala parti mill-attivitajiet tal-Ġimgħa Mqabbija 2008. |
| Għal din l-Assemblea kienu | mistiedna l-għaqdiet u l-organizzazzjonijiet kollha tal-lokalità sabiex ipoġġu għad-diskussjoni l-proposti tagħhom biex itejbu l-ambjent. L-għaqdiet kollha ppreżentaw papers dwar it-tema ambjentali. |
| Is-Segretarju Parlamentari | għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said għalaq din l-Assemlea billi faħħar l-inizjattiva tal-Kunsill Lokali tal-Imqabba u qal li dan il-Kunsill Lokali verament qed jinvolvi lir-residenti fid-deċiżjonijiet u l-politika lokali. |
| L-Onor. Chris Said qal li l-Gvern | qiegħed u se jkompli jagħmel ħafna biex ikollna ambjent aħjar iżda dan kollu ma jirnexxix jekk ma jkunx hemm il-kontribut lokali u politika lokali li tikkumplimenta l-istrateġija nazzjonali. |
| Is-Segretarju Parlamentari | spjega kif il-Gvern qed jaħdem biex jinforza l-Littering Act u aktar ‘il quddiem se titnieda kampanja biex it-toroq u l-kampanja tagħna jitnaddfu minn vetturi u oġġetti oħra kbar abbandunati. Huwa aċċenna wkoll għal titjib fl-Att li jirregola l-għata tat-trakkijiet. |
| L-Onor. Chris Said faħħar l-inizjattivi | u l-proposti tal-għaqdiet tal-Imqabba li qed jagħmlu l-isforz tagħhom biex isebbħu l-lokal tagħhom u jagħmluh aktar sostenibbli. Huwa appella biex fil-proġetti u l-inizjattivi tagħhom l-għaqdiet jużaw kemm jista’ jkun enerġija alternattiva u jżommu l-ambjent bħala prijorità. |
| Is-Segretarju Parlamentari | għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni qal li l-għaqdiet qed jagħmlu tajjeb li jagħtu importanza lill-iżvilupp tal-persuna u l-edukazzjoni għax huma propju dawn l-ewwel passi biex ikollna lokalitajiet sostenibbli u nsaħħu l-ambjent tagħna. |
| L-Assemblea ġiet indirizzata | wkoll mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar il-Gvern Lokali l-Onor. Stefan Buontempo u d-Direttur tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali is-Sur Natalino Attard. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261981en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...
PR261981