Regoli ġodda dwar it-Tqegħid fis-Suq ta’ Oġġetti Pirotekniċi
PR1540
21/10/2008
| L-UE ippublikat Direttiva ġdida | (2007/23/KE) li, għall-ewwel darba, ser tarmonizza u tirregola l-provedimenti fir-rigward tat-tqegħid fis-suq Ewropew ta’ oġġetti pirotekniċi. Kull Stat Membru huwa obbligat li jaddotta dawn ir-regolamenti. |
| Din id-Direttiva ġdida ser | iżżid ma’, u timmodifika ċertu regolamenti diġa’ eżistenti f’Malta. Il-provedimenti li ħerġin mill-Ordinanza dwar l-Esplożivi, u l-leġislazzjoni sussidjajrja tagħha bħar-Regolamenti dwar il-Kontroll ta’ Xogħlijiet tan-Nar u Esplożivi oħra, u r-regolamenti internazzjonali dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi ser jibqgħu jgħoddu. L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li tintroduċi sistema ta’ rekwiżiti minimi dwar is-sikurezza u tiggarantixxi l-moviment liberu ta’ oġġetti pirotekniċi fis-suq intern. Biex jintlaħaq dan l-għan, ser tintuża l-marka “CE”. |
| L-ewwel provediment ta’ din | id-Direttiva ser jidħlu fis-seħħ fl-4 ta’ Lulju 2010. Din id-Direttiva qiegħda tiġi mnizzla fil-Liġi Maltija mill-Aworita’ Maltija dwar l-iStandards, bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru tal-Ġustizzja u Intern, il-Forzi Armati ta’ Malta u l-Korp tal-Pulizija ta’ Malta. Għalkemm is-sens tal-provediment li hemm fid-Direttiva oriġinali ma jistgħux jinbidlu f’dan l-istadju, bħalissa għaddej eżerċizzju ta’ konsultazzjoni fuq liema hu l-aħjar mod kif dawn il-provedimenti jistgħu jiddaħħlu fil-liġi Maltija meta tqies il-liġijiet diġa’ preżenti u l-kuntest partikolari Malti f’dan il-qasam. |
| Ta’ interess partikolari | f’din id-Direttiva huma d-definizzjonijiet u l-esklużjonijiet. Oġġetti bħal “party poppers” u “sparklers” ta’ l-idejn jistgħu jitqiesu bħala oġġetti pirotekniċi. Ser tiddaħħal ukoll sistema ta’ kategorizzazzjoni li ser tikklassifika l-oġġetti pirotekniċi skond il-livell ta’ periklu tagħhom u l-ħoss li jagħmlu. Uħud mir-rekwiżiti ser japplikaw skond il-kategorija tal-prodott. Pero’, ser ikun hemm ċertu rekwiżiti li ser japplikaw ghal kull oġġett pirotekniku intenzjonat li jitpoġġa fis-suq, bħalma huma l-marka “CE” u l-obbligu li l-prodotti jiġu ttestjati minn terza persuna akkreditata (Korp Notifikat) waqt il-manifattura. |
| Ċertu provedimenti ġodda ser | jaffettwaw manifatturi, importaturi, distributuri w utenti ta’ oġġetti pirotekniċi biss, fil-każ li l-oġġett pirotekniku jkun intenzjonat li jintuża minn persuni differenti mill-manifattur u fil-każ ta’ oġġetti pirotekniċi intenzjonati biex jiġu esportati. |
Kull min jixtieq isir jaf aktar dwar dan is-suġġett jew jixtieq ikun involut fil-konsultazzjonijiet jista’ jikkuntattja lid-Direttorat Regolatorju fi ħdan l-Awtorita’ Maltija dwar l-iStandards (tel: 21242420 jew email fuq: david.pulis@msa.org.mt jew tristan.camilleri@msa.org.mt).
Direttorat Regolatorju,
| Awtorita’ | Maltija dwar l-iStandards, |
| It-Tieni | Sular, Binja Evans, |
| Triq | il-Merkanti, |
| Valletta VLT | 1179 |
Stqarrijiet Oħra:
PR261981en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...
PR261981