Left arrow Go Back

Regoli ġodda dwar it-Tqegħid fis-Suq ta’ Oġġetti Pirotekniċi

PR1540
Date Icon 21/10/2008
L-UE ippublikat Direttiva ġdida(2007/23/KE) li, għall-ewwel darba, ser tarmonizza u tirregola l-provedimenti fir-rigward tat-tqegħid fis-suq Ewropew ta’ oġġetti pirotekniċi. Kull Stat Membru huwa obbligat li jaddotta dawn ir-regolamenti.
Din id-Direttiva ġdida seriżżid ma’, u timmodifika ċertu regolamenti diġa’ eżistenti f’Malta. Il-provedimenti li ħerġin mill-Ordinanza dwar l-Esplożivi, u l-leġislazzjoni sussidjajrja tagħha bħar-Regolamenti dwar il-Kontroll ta’ Xogħlijiet tan-Nar u Esplożivi oħra, u r-regolamenti internazzjonali dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi ser jibqgħu jgħoddu. L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li tintroduċi sistema ta’ rekwiżiti minimi dwar is-sikurezza u tiggarantixxi l-moviment liberu ta’ oġġetti pirotekniċi fis-suq intern. Biex jintlaħaq dan l-għan, ser tintuża l-marka “CE”.
L-ewwel provediment ta’ dinid-Direttiva ser jidħlu fis-seħħ fl-4 ta’ Lulju 2010. Din id-Direttiva qiegħda tiġi mnizzla fil-Liġi Maltija mill-Aworita’ Maltija dwar l-iStandards, bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru tal-Ġustizzja u Intern, il-Forzi Armati ta’ Malta u l-Korp tal-Pulizija ta’ Malta. Għalkemm is-sens tal-provediment li hemm fid-Direttiva oriġinali ma jistgħux jinbidlu f’dan l-istadju, bħalissa għaddej eżerċizzju ta’ konsultazzjoni fuq liema hu l-aħjar mod kif dawn il-provedimenti jistgħu jiddaħħlu fil-liġi Maltija meta tqies il-liġijiet diġa’ preżenti u l-kuntest partikolari Malti f’dan il-qasam.
Ta’ interess partikolarif’din id-Direttiva huma d-definizzjonijiet u l-esklużjonijiet. Oġġetti bħal “party poppers” u “sparklers” ta’ l-idejn jistgħu jitqiesu bħala oġġetti pirotekniċi. Ser tiddaħħal ukoll sistema ta’ kategorizzazzjoni li ser tikklassifika l-oġġetti pirotekniċi skond il-livell ta’ periklu tagħhom u l-ħoss li jagħmlu. Uħud mir-rekwiżiti ser japplikaw skond il-kategorija tal-prodott. Pero’, ser ikun hemm ċertu rekwiżiti li ser japplikaw ghal kull oġġett pirotekniku intenzjonat li jitpoġġa fis-suq, bħalma huma l-marka “CE” u l-obbligu li l-prodotti jiġu ttestjati minn terza persuna akkreditata (Korp Notifikat) waqt il-manifattura.
Ċertu provedimenti ġodda serjaffettwaw manifatturi, importaturi, distributuri w utenti ta’ oġġetti pirotekniċi biss, fil-każ li l-oġġett pirotekniku jkun intenzjonat li jintuża minn persuni differenti mill-manifattur u fil-każ ta’ oġġetti pirotekniċi intenzjonati biex jiġu esportati.

Kull min jixtieq isir jaf aktar dwar dan is-suġġett jew jixtieq ikun involut fil-konsultazzjonijiet jista’ jikkuntattja lid-Direttorat Regolatorju fi ħdan l-Awtorita’ Maltija dwar l-iStandards (tel: 21242420 jew email fuq: david.pulis@msa.org.mt jew tristan.camilleri@msa.org.mt).

Direttorat Regolatorju,

Awtorita’Maltija dwar l-iStandards,
It-TieniSular, Binja Evans,
Triqil-Merkanti,
Valletta VLT1179
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Minister Bedingfield stresses the importance of prevention and cooperation in strengthening fire safety

PR261981en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Il-Ministru Bedingfield jisħaq fuq l-importanza tal-prevenzjoni u l-kollaborazzjoni biex tissaħħaħ is-sigurtà kontra n-nirien

PR261981

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Il-Ministru Bedingfield ...

More Press Releases Right arrow