Left arrow Mur Lura

IL-KUMITAT DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI JAQBEL MAN-NOMINI GĦALL-MEMBRI FIL-KUNSILL GĦAS-SETTUR TAL-VOLONTARJAT

PR1539
Date Icon 21/10/2008
Fl-Artiklu 35 tal-Att dwar l-OrganizzazzjonijietVolontarji tal-2007 insibu li l-Ministru għall-Politika Soċjali għandu jikkonsulta mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali tal-Kamra tad-Deputati dwar in-nomini tal-membri fil-Kunsill għas-Settur tal-Volontarjat.
Il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali stiedenlill-Professur Kenneth Wain, Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji u s-Sur Remiġio Bartolo, uffiċjal fil-Ministeru għall-Politika Soċjali sabiex flimkien jiġu diskussi n-nomini u r-rilevanza tagħhom fil-Kunsill għas-Settur tal-Volontarjat.
Il-membri tal-Kumitat qablu unanimament ma’ dawnin-nomini u offrew l-għajnuna tagħhom kollha lill-Kummissarju Wain u l-Kunsill għas-Settur tal-Volontarjat. Il-Kumitat jemmen fit-tisħiħ tas-settur volontarju għaliex huwa kapital soċjali u jgħin fit-titjib tal-kwalità tal-ħajja tas-soċjetà Maltija.  Id-diskussjoni ffukat ukoll fuq ir-relazzjoni li għandu jkun hemm bejn il-Kunsill għas-Settur tal-Volontarjat u l-Kunsill Malti għall-iSports sabiex tiġi evitata duplikazzjoni ta’ xogħol.  Il-Kummisarju saħaq li għalkemm ir-reġistrazzjoni tal-għaqdiet volontarji mhix mandatorja, huwa jħeġġeġ aktar għaqdiet jirreġistraw ħalli b’hekk jibbenefikaw minn diversi skemi u miżuri li jgħinu l-għaqdiet fl-operat tagħhom.
L-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarjijipprovdi għat-twaqqif ta’ Kunsill għas-Settur tal-Volontarjat sabiex jassisti lill-Kummissarju u jipprovdu forum għall-koperazzjoni bejn organizzazzjonijiet volontarji u l-Gvern.  Il-Professur Wain inħatar Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji lejn l-aħħar tal-2007, wara konsultazzjoni mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali.  Fil-futur huwa mistenni li jiġi diskuss ir-rapport annwali tal-Kummissjoni għall-Organizzazzjonijiet Volontarji mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali wara li dan jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra mill-Ministru għall-Politika Soċjali.
Il-laqgħa tmexxiet mill-Onor. Edwin Vassallo MP,Chairperson tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali u kienu preżenti wkoll l-Onor. Frederick Azzopardi MP, l-Onor. Justyne Caruana MP, l-Onor. Michael Farrugia MP, l-Onor. Michael Gonzi u l-Onor. Anthony Zammit MP.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Minister Bedingfield stresses the importance of prevention and cooperation in strengthening fire safety

PR261981en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Il-Ministru Bedingfield jisħaq fuq l-importanza tal-prevenzjoni u l-kollaborazzjoni biex tissaħħaħ is-sigurtà kontra n-nirien

PR261981

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Il-Ministru Bedingfield ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow