L-EBDA PROPOSTA MILL-PARTIT LABURISTA, MINKEJJA L-WEGĦDI LI GĦAMEL DR JOSEPH MUSCAT
PR1533
20/10/2008
| Minkejja li l-Kap | tal-Oppożizzjoni Dr Joseph Muscat ilu għal dawn l-aħħar ġimgħat iwiegħed li se joħroġ bi proposti dwar it-tariffi tad-dawl u l-ilma, reġa` naqas milli joħroġ bi proposti konkreti. |
| Filwaqt li l-imsieħba soċjali | huma impenjati fi djalogu mal-Gvern, il-Kap tal-Oppożizzjoni illimita ruħu għall-kritika partiġġjana nieqsa minn ebda forma ta’ proposta. |
| F’dan il-proċess kollu, | il-Gvern kien trasparenti f’kull mument billi: |
| · Saret preżentazzjoni | tal-istudji u tar-rapporti kollha lill-Awtorita` Maltija dwar ir-Riżorsi. |
| · L-istudji kollha li saru | għall-Gvern mill-kumpanija KPMG tressqu quddiem il-korpi kostitwiti unions fl-MCESD; |
| · L-istudju dettaljat tal-KPMG | kien ikkumplimentat bi preżentazzjoni dwar il-proċess użat fix-xiri taż-żejt mill-Korporazzjoni Enemalta; |
| · Saret stedina lill-Kap | tal-Oppożizzjoni nnifsu biex jattendi għall-preżentazzjoni u diskussjoni fil Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni, u li għal din il-preżentazzjoni attendiet delegazzjoni Laburista mmexxija mid-Deputat Mexxej Dr. Anġlu Farrugia. |
| · Id-dokumenti ġew | ippreżentati wkoll lill-ġurnalisti u jinsabu fuq il-website www.mitc.gov.mt. |
| Ir-reazzjoni li ta Dr. Joseph | Muscat hi eżerċizzju ta’ nuqqas ta’ trasparenza għax ma qalx minn tah il-pariri. Hekk ukoll kien sar mill-Oppożizzjoni fir-reazzjoni dwar is-surcharge. Dan kontra l-pożizzjoni tal-Gvern li ppubblika d-dokumenti u l-istudji kollha u min għamilhom ippreżentahom lill-MCESD u lill-ġurnalisti. |
| Il-Gvern f’kull okkażjoni li | kellu sa minn meta ressaq il-proposti għad-diskussjoni, dejjem iddikjara li dawn huma proposti li ma jorbtux, u li l-Gvern kien miftuħ għal kwalunkwe proposta oħra li setgħet titressaq. Din l-istedina saret ukoll lil Dr. Anġlu Farrugia waqt il-preżentazzjoni li ngħatat, iżda l-konferenza tal-aħbarijiet mogħtija llum minn Dr. Joseph Muscat tikkonferma għal darb’oħra li fil-politika tal-Partit Laburista hemm biss l-interess partiġġjan, u ebda serjeta`. |
| Ir-reazzjoni tal-Kap | tal-Oppożizzjoni fiha diversi difetti per eżempju li injora r-rapport tal-KPMG fejn isemmi li l-ineffiċjenzi amministrattivi tal-Korporazzjoni Enemalta huma esklużi kompletament mill-mudell li fuqhom inħadmu l-proposti. |
| Għal darb’ohra, minkejja li | wiegħed li se joħroġ bi proposti konkreti, Dr. Joseph Muscat, dan m’għamlux. It-Tnejn, 8 ta’ Settembru, 2008, il-Kap tal-Oppożizzjoni kiteb fil-ġurnal The Times li: “Labour is currently working on a set of proposals for new water and electricity tariffs…we aim at being positive and be pro-active even when it comes to utility bills.” |
| Għaddew sitt ġimgħat, saret | il-konferenza tal-aħbarijiet, u l-Partit Laburista sal-lum għadu ma ħareġ bl-ebda proposta. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261981en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...
PR261981