MESSAĠĠ T’APPREZZAMENT WARA T-TELFA TAL-ISKULTUR ANTON AGIUS
PR1532
20/10/2008
| Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, | Kultura, Żgħażagħ u Sport, u l-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti, jesprimu d-dieqa tagħhom għall-mewt tal-artist Anton Agius u jesprimu s-solidarjeta` tagħhom mal-familja tiegħu f’dan il-mument diffiċli. |
| Bla dubju ta’ xejn Anton | Agius hu wieħed mill-aqwa skulturi li kellu pajjiżna u hu sinonimu mad-diversi monumenti pubbliċi mferrxa ma’ Malta fosthom dak ta’ Mikiel Anton Vassalli f’Ħaż-Żebbuġ, Dun Mikiel Xerri fi Pjazza Indipendenza l-Belt, Anton Buttigieg fil-Ħamrun, Francis Ebejer f’Ħad-Dingli u l-Monument tas-Sette Giugno fil-Pjazza tal-Palazz, il-Belt. |
| Fil-bidu tal-karriera tiegħu | Anton Agius ħoloq diversi forom ta’ annimali u forom oħra li kienu ta’ sbuħija kbira li wasslu biex Victor Pasmore, artist kbir li għex għal xi żmien f’Malta, kellu biss kliem ta’ tifħir dwarhom. |
| Raħal twelidu, ir-Rabat, u l-madwar | bla dubju ta’ xejn għenuh jiżviluppa imħabba kbira għan-natura u l-ambjent u l-kollezzjoni importanti minquxa fl-injam taż-żebbuġ li hemm miżmuma fil-Kattidral ta’ l-Imdina, hi xhieda ta’ dan. L-iskulturi tiegħu tal-Kurċifiss kienu fiċ-ċentru tal-ħidma artistika tiegħu partikolarment fil-mumenti diffiċli tal-ħajja tiegħu. |
| It-telfa ta’ Anton Agius hi | telfa kbira mhux biss għall-familja tiegħu iżda għall-pajjiż kollu kemm hu u għall-arti kontemporanja Maltija. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261981en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...
PR261981