Il-Ministeru għal Għawdex f’konsultazzjoni mas-Sindki Għawdxin dwar Eko-Għawdex
PR1529
20/10/2008
| Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna | Debono flimkien ma’ uffiċċjali fil-Ministeru għal Għawdex li qed jaħdmu fuq il-proġett ta’ Eko-Għawdex, kellhom laqgħa mas-Sindki tal-Kunsilli Lokali Għawdxin bħala parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika dwar il-viżjoni tal-Gvern li Għawdex isir gżira ekoloġika. |
| Fl-introduzzjoni tagħha għal din il-laqgħa | il-Ministru għal Għawdex esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għar-rispons pożittiv li kien hemm minn diversi setturi Għawdxin u individwi għal din il-proposta. Hija kompliet tgħid li l-impenn u l-interess li ntwera minn dawn l-entitajiet u individwi ser iwassal biex l-istrateġija li ser tiġi mfassla tkun tinkludi perspettiva wiesgħa ta’ opinjonijiet li għandhom iwasslu għas-suċċess ta’ dan il-proġett ambizzjuż li ser ikun jinkorpora l-aspetti ekonomiċi u soċjali, flimkien ma’ dawk ambjentali. |
| Il-Ministru Giovanna Debono, faħħret | l-inizjattivi li qed jieħdu bosta Kunsilli Lokali Għawdxin u saħqet li huwa għalhekk li l-impenn tagħhom huwa wkoll meħtieġ fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ dan il-proġett ambizzjuż li jrid jilħaq il-milja tiegħu fit-twettiq tal-Viżjoni tal-Gvern għal Għawdex li għandha l-għan li tbiddel il-gżira ta’ Għawdex f’realtà sostenibbli b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mal-lokalitajiet rispettivi. |
| Dawk preżenti setgħu jsegwu preżentazzjoni dwar | il-viżjoni Eko-Għawdex li fetħet id-diskussjoni dwar diversi aspetti. Fost l-oħrajn ġiet diskussa l-possibiltà tat-twaqqif ta’ Eco-Groups, fi ħdan il-Kunsilli Lokali, bil-għan li dawn ikunu jistgħu jippromwovu l-kunċett ta’ żvilupp sostenibbli fil-komunità. Tqajmu wkoll diversi punti oħra konnessi ma’ diversi temi partikolari relatati ma’ lokalitajiet differenti Għawdxin. |
| Kien interessanti l-fatt li dawk preżenti kollha | qablu li l-Kunsilli Lokali għandhom jikkollaboraw b’mod ħolistiku billi l-istrateġija li ser tinħareġ fuq livell reġjonali tiġi adottata anke fuq livelli lokali. Il-Kunsilli Lokali għandhom potenzjal li jwasslu l-messaġġ lir-residenti fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom anke fl-ambitu tal-kunċett li għalih twaqqfu dawn il-Kunsilli, jiġifieri dik li jkunu riżorsa politika qrib iċ-ċittadin. Ġie suġġerit ukoll li kull Kunsill iwettaq proġetti li jkunu eko-sensittivi li finalment jgħinu biex il-viżjoni eko-Għawdex tiġi mwettqa. Barra minn hekk ġiet diskussa wkoll il-proposta ta’ villaġġ pilota. |
| Il-Ministru għal Għawdex ħabbret li qegħda tiġi | ppjanata kampanja edukattiva li permezz tagħha ser isiru żjajjar minn persuni mħarrġa biex jgħaddu aktar informazzjoni f’kull dar f’Għawdex. Din il-kampanja informattiva ser tiġi mwettqa b’kollaborazzjoni mal-kumpanija Wasteserve u permezz tagħha ser jiġu mfissra miżuri sempliċi li jistgħu jittieħdu miċ-ċittadini li jirriżultaw f’użu aħjar ta’ l-enerġija, miżuri tajbin għall-immaniġjar ta’ l-iskart u prattiċi tajbin oħra li jwasslu għal kwalita’ ta’ ħajja aħjar. |
Il-konsultazzjoni dwar eko-Għawdex, li tnediet f’Lulju li għadda, għandha l-għan li tagħti l-opportunità lil kulħadd biex jagħti sehemu permezz ta’ ideat u suġġerimenti. Minbarra li tqassmet pubblikazzjoni relattiva f’kull dar, inġabru numru konsiderevoli ta’ kontribuzzjonijiet min-naħa tal-pubbliku, kemm permezz tal-posta kif ukoll fuq is-sit elettroniku www.eco-gozo.gov.mt, li ġie mwaqqaf apposta. Din il-konsultazzjoni qed tkompli tissaħħaħ permezz ta’ laqgħat ma’ entitajiet mhux governattivi u għaqdiet oħra u nies esperti f’oqsma relatati ma’ dan il-kunċett.
Stqarrijiet Oħra:
PR261981en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...
PR261981