JINGĦATA L-PREMJU ANZJAN TAS-SENA 2008
pr1527
17/10/2008
| Is-serata ta’ | premjazzjoni ta’ L-Anzjan tas-Sena 2008 saret, Il-Ġimgħa 17 ta’ Ottubru fit-teatru tar-Residenza San Vinċenz De Paul, taħt il-patruċinju tal-President ta’ Malta, l-E.T. Il-President ta’ Malta Edward Fenech Adami. |
| Minn fost is-37 | nomminazzjoni li erba’ minnhom kienu koppji, il-Bord għażel lis-Sur Paul Muscat Terribile. |
| Fis-Sur Muscat Terribile il-ġurija rat bniedem | li baqa’ attiv fuq skala nazzjonali wara li laħaq l-eta’ tal-pensjoni. Huwa xempju ċar ta’ kif l-anzjan jista’ jagħti kontribut lill-pajjiż u figura li tista’ sservi ta’ eżempju għal dawk kollha li jilħqu l-eta’ tal-pensjoni. Bil-karattru u bl-attività tiegħu, żgur li hu ta’ ispirazzjoni għall-anzjani oħra. Bil-kontribut tiegħu, is-Sur Micallef Terribile għen sabiex l-anzjani jkollhom ħajja aħjar fil-komunità’. |
- Is-Sur Micallef Terribile għamel kors post graduate tal-Ġerontoloġija u Ġerjatrija b’suċċess.
- Huwa Life Member tas-Soċjeta’ tal-Iskrivani tal-Kamra tal-Commonwealth
- Kien Kunsillier tal-ewwel Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan
- Kien għal xi żmien koordinatur tal-Universita’ tat-Tielet Eta’
- Kien lecturer tal-Pre Retirement Courses organizzat mill-Universita ta’ Malta għall-entitajiet bħal Malta Drydocks, Enemalta u Water Services Corporation.
- Ħadem għal ħafna snin bħala marriage counsellor mal-Moviment ta’ Kana
- Jagħti lectures volontarji f’diversi Parroċċi dwar problemi li jolqtu lill-anzjani fis-soċjeta’ tal-llum
- Jagħti sehem ukoll fis-settur tal-Media bħal ma huma r-radio u t-TV u artikli f’gazzetti.
Il-Bord ta’ Għażla kien iffurmat minn:
| Chairperson: | Brother Martin Borg |
| Membri: | Dame Lilian Miceli Farrugia |
| Mr Lino | Mizzi |
| Mr Nenu | Aquilina |
| Ms Catherine | Dalmas |
| Segretarja: | Ms Isabelle Farrugia |
| Min-naħa tiegħu l-Ministru għall-Politika | Soċjali, L-Onor. John Dalli qal li importanti li l-anzjani jkunu nklużi fil-parteċipazzjoni biex tinħoloq soċjeta’ aħjar, b’solidarjeta bejn il-ġenerazzjonijiet. Semma il-fatt li n-numru ta’ anzjani fil-popolazzjoni Maltija qed jiżdiedu għaldaqshekk il-Ministru għall-Politika Soċjali qed jindirizza l-bżonnijiet tal-anzjani billi jittieħdu diversi mużuri bex jiżgura dan. Il-Ministeru għall-Politika Soċjali flimkien mas-Segretarjat għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ qed iniedi courses għall-carers, qed jitkompla b’ritmu mgħaġġel il-blokk ġdid ta’ Papa Gwanni Pawlu II f’San Vinċenz fejn fost l-oħrajn se jkun hemm swali apposta għal min ibati bil-kundizzjoni tad-dimenzja. |
| Il-Ministru kkonkluda li l-anzjani għandhom | ħafna x’joffru u n-nominazzjonijiet tal-lejla huma testimonju ta’ dan. |
| L-Onor. Mario Galea f’kelmtejn li għamel waqt | l-okkażjoni feraħ lil 41 persuna li ġew innominati għal dan il-premju. Hu qal li l-anzjani nnominati huma ilkoll rebbieħa għax jirrapreżentaw l-eluf ta’ anzjani hemm barra li huma tabilħaqq ir-ruħ tas-Socjeta’ Maltija. |
| L-Onor. Galea irringrazzja lil | anzjani kollha għall-valuri sodi li wrietna mingħandhom u li għandhom jiddistingwuwna bħala poplu sal-lum. Hu irringrazzja wkoll lil anzjani għall-pajjiz mibni fuq sisien sodi li ħallewna w ikkonkluda “Ghandna dejn kbir lejkom l-anzjani. Għax ix-xogħol tagħkom tal-bieraħ, is-sagriffiċju u t-tbattija li battejtu sawru pajjiżna kif nafuh illum. Ta’ dan kollu Grazzi, Grazzi Hafna”, temm jgħid Mario Galea. Fil-bidu tad-diskors tiegħu Is-Segretarju Parlamentari Mario Galea sellem lit-tabib Karl Chircop u sejjaħlu bħala ħabib u kollega li kien maħbub minn ħafna nies b’mod speċjali minn ħafna anzjani. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261981en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...
PR261981