Left arrow Mur Lura

L-IMPJIEGI FULL-TIME U PART-TIME FI 12-IL XAHAR ŻDIEDU B’AKTAR MINN 5,000

pr1522
Date Icon 17/10/2008

Il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment jirreferi għall-Istqarrija ppubblikata llum mid-Deputat Mexxej Laburista għall-Affarijiet tal-Parlament u Kelliemi Ewlieni Laburista għax-Xogħol u d-Drittijiet tal-Ħaddiema. Id-diskors użat mid-Deputat Mexxej Laburista juri biċ-ċar li l-Partit Laburista huwa maqtugħ mir-realtajiet ta’ madwarna bi kriżi finanzjarja li wasslet numru kbir ta’ pajjiżi madwar id-dinja, kif ukoll l-Unjoni Ewropea, li jirrevedu l-prospetti ta’ tkabbir ekonomiku tagħhom ‘l isfel.

Fir-rigward tat-Trelleborg, minn informazzjoni li għandu l-Gvern, it-tariffi tad-dawl u l-ilma m’għandhom x’jaqsmu xejn mad-deċiżjoni meħuda mill-kumpanija li taqleb għall-4 day week, għall-kuntrarju ta’ dak li ta x’jifhem l-Onor. Farrugia. Din hija kwistjoni purament operattiva li tirriżulta mis-sitwazzjoni globali. Il-prodotti tal-kumpanija huma għas-suq tal-karozzi li huwa naturalment wieħed milli jintlaqat bl-aktar mod dirett fi klima ekonomika negattiva. Minħabba din is-sitwazzjoni, l-ordnijiet li waslu għand din il-kumpanija naqqsu, u għaldaqstant irrikkoriet għad-deċiżjonijiet li fil-fatt ħadet. 

Il-ħolqien ta’ aktar xogħol u xogħol aħjar huwa wieħed mit-tliet pilastri ewlenin tal-ħidma tal-Gvern, u li ħalliet l-aktar frott f’dawn l-aħħar snin u xhur. Fl-aħħar sena nħolqu kważi 3,000 impjieg full-time, bis-settur privat illum ikompli jservi ta’ mutur fil-ħolqien ta’ aktar xogħol, biex b’hekk ir-rata ta’ qgħad issa niżlet għall-aktar livell baxx fl-aħħar 13-il sena. Dan ir-riżultat kien frott taħlita ta’ investiment barrani, kif ukoll mill-investiment tal-imprenditur lokali.

Miċ-ċifri provduti mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, fl-aħħar sentejn pajjiżna ra l-ftuħ ta’ kważi 7,000 negozju żgħir jew medju ġdid.

Il-Ministeru jirreferi għall-Statistika ppubblikata x-xahar li għadda mill-aġenzija tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea, l-Eurostat. Din turi li Malta kellha l-akbar żieda ta’ impjiegi fit-tieni kwart ta’ din is-sena mill-Unjoni Ewropea kollha, filwaqt li rreġistrat l-akbar tnaqqis ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ. Tajjeb jitfakkar li ħafna mix-xogħol il-ġdid qed jinħoloq f’oqsma li qed jiġġeneraw pagi ogħla, it-teknoloġija tal-informatika, it-tiswija tal-ajruplani, il-gaming u oħrajn.

Din it-tabella tagħti indikazzjoni taż-żieda fl-impjiegi fi 12-il xahar.

Mejju 2008

Mejju 2007

Differenza

Persuni jaħdmu bi qligħ

144,016

141,183

+ 2,833

Self-employed

16,937

16,736

+ 201

Settur privat

101,895

98,617

+ 3,278

Total part-time

47,587

45,214

+2,373

Tnaqqis fil-qgħad fi 12-il xahar

Il-Gvern ħoloq ambjent ekonomiku biex jiżdiedl-investiment lejn pajjiżna; u għaliex il-Gvern investa f’infrastruttura b’saħħitha, bħal fit-toroq, l-enerġija u t-teknoloġija tal-informatika. Seħħ għaliex il-Gvern investa bil-qawwi fl-edukazzjoni u t-taħriġ biex jipprovdi lill-industrija b’ħaddiema kwalifikati u mħarrġa li kapaċi jadattaw għal bżonnijiet tal-lum. Seħħ ukoll għaliex il-Gvern irnexxilu jinnegozja u jikkonvinċi lil kumpaniji kbar barranin jagħżlu lil Malta. L-investiment ġie f’pajjiżna wkoll għaliex illum pajjiżna huwa ankrat fis-suq kbir u miftuħ tal-Unjoni Ewropea u ż-żona ewro.
Il-Gvern huwa konxji mis-sitwazzjoni attwali ul-impatt li l-kriżi finanzjarja kif ukoll dik fis-settur tal-enerġija qed tħalli fuq in-negojzu. U għalhekk l-impenn tal-Gvern biex jitkattar ix-xogħol qiegħed jiżdied u aktar kumpaniji qed jagħżlu li jinvestu f’Malta u jżidu l-ħaddiema magħhom. Għalhekk, ikun aktar għaqli li l-pajjiż jiġbed ħabel wieħed biex dan is-suċċess insostnuh minflok nużaw sitwazzjoni delikata għal skopijiet partiġġjani li ma jħallu ebda frott, kif għażel li jagħmel id-Deputat Mexxej Laburista l-Onor. Anġlu Farrugia llum bl-istqarrija li ħareġ.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Minister Bedingfield stresses the importance of prevention and cooperation in strengthening fire safety

PR261981en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Il-Ministru Bedingfield jisħaq fuq l-importanza tal-prevenzjoni u l-kollaborazzjoni biex tissaħħaħ is-sigurtà kontra n-nirien

PR261981

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Il-Ministru Bedingfield ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow