Left arrow Mur Lura

AZZJONIJIET TA’ INFURZAR KONTRA ABBUŻ TA’ PROPJETÀ PUBBLIKA F’GĦAJN TUFFIEĦA.

pr1509
Date Icon 16/10/2008
Wara li kmieni l-ġimgħa ligħaddiet, uffiċjali tad-Diviżjoni Propjetà tal-Gvern (GPD) waħħlu ittri ta’ avviż ma’ 10 strutturi f’Għajn Tuffieħa li rriżulta li kienu qed jiġu użati minn persuni mingħajr titlu jew jedd fuq l-art, illum saru l-azzjonijiet ta’ infurzar fil-konfront tal-istess persuni.  Dawn l-istrutturi li jinsabu kollha fil-barracks ta’ dan l-istess lokal, kienu ġew servuti b’avviż ta’ sebat ijiem biex jevakwaw il-post.  L-azzjonijiet saru bil-kollaborazzjoni ta’ membri tal-korp tal-pulizija.
L-operazzjoni tal-Ħamis,bdiet minn kmieni filgħodu u ġiet fi tmiemha fit-tlieta u nofs ta’ wara nofsinhar.  Minn fuq il-post ittieħdu mejda, siġġijiet, sufan, cooker, saqqijiet u sodod kif ukoll cupboard ta’ kċina.
Persuna li kienet qed tuża waħda mill-kmamarillegalment, qalet li din kienet ir-residenza tagħha.  Din il-persuna wriet karta tal-identità li turi dan.  B’konnessjoni ma’ dan il-każ, il-GPD tirrimarka li karta tal-identità ma tikkostitwix titlu fuq l-art.  Titlu fuq l-art jingħata biss mill-Kummissarju tal-Artijiet.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Minister Bedingfield stresses the importance of prevention and cooperation in strengthening fire safety

PR261981en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Il-Ministru Bedingfield jisħaq fuq l-importanza tal-prevenzjoni u l-kollaborazzjoni biex tissaħħaħ is-sigurtà kontra n-nirien

PR261981

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Il-Ministru Bedingfield ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow