Left arrow Mur Lura

KJARIFIKA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX WARA L-ISTQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MLP DWAR IT-TURIŻMU F’GĦAWDEX

pr1508
Date Icon 16/10/2008
B’referenza għall-istqarrijatal-kelliema ewlenija tal-Partit Laburista dwar it-Turiżmu f’Għawdex, il-Ministeru għal Għawdex jixtieq jikkjarifika dan li ġej.
Dak li l-Onor. Coleiro Precaqiegħda tgħid, fil-fatt jirrifletti li l-ħidma li saret matul dawn l-aħħar snin bdiet tagħti l-frott, u t-turiżmu f’Għawdex beda jiġi estiż fix-xhur li qabel kienu anqas popolari. L-għan ewlieni ta’ skemi u inizjattivi oħra fosthom il-Gozo Attractions Incentive Scheme, l-iskemi tal-kumpanija Gozo Channel b’kollaborazzjoni ma’ stabbilimenti turistiċi Għawdxin kif ukoll il-pubblikazzjoni Let’s Gozo, kollha kienu indirizzati speċifikament biex jattiraw turisti mis-suq domestiku lejn Għawdex fix-xhur anqas popolari ta’ matul is-sena. Dan biex jiġu megħluba diffikultajiet partikolari li jħabbat wiċċu miegħu s-settur turistiku Għawdxi, b’mod partikolari l-istaġjonalità. Din kienet qed tirriżulta f’influss qawwi ta’ Maltin u barranin fix-xhur tas-Sajf filwaqt li l-figuri fl-akkomodazzjoni u f’dawk il-persuni li jżuru Għawdex kien jonqos drastikament fix-xhur l-oħra ta’ matul is-sena.
Il-Ministeru għal Għawdexħadem bi sħiħ flimkien mas-settur turistiku Għawdxi biex illum ġie stabbilit li Għawdex huwa destinazzjoni turistika distinta u għandu jiġi reklamat bħala tali matul is-sena kollha. Kif spjegat tajjeb it-tweġiba maħruġa mis-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu, bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena, in-numru ta’ passiġġieri u vetturi żdied konsiderevolment. Biżżejjed wieħed isemmi li l-vapuri tal-Gozo Channel ġarrew kważi 160,000 passiġġier u 40,000 vettura aktar fuq l-istess perjodu tas-sena l-oħra. Dan jagħmel bil-wisq tajjeb għan-nuqqas li rreferiet għalih l-Onor Coleiro Preca. Dan huwa wkoll xhieda tal-argument li allura ż-żieda kienet mqassma fuq ix-xhur li qabel kienu jkunu aktar kwieti fosthom Frar, Marzu, Mejju u Ġunju.
Kif intqal ukoll fit-tweġibatas-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu, fl-ewwel seba’ xhur ta’ din is-sena ġiet irreġistra żieda ta’ ftit aktar minn tlieta fil-mija fuq l-istess perjodu tas-sena l-oħra fil-figuri ta’ turisti barranin u Maltin li qattgħu ljieli f’Għawdex.  Ta’ min jgħid pero’ li wieħed irid jikkunsidra din iż-żieda anke fil-kuntest ta’ żieda akbar li kienet irreġistrata fis-sena 2007 fejn il-qasam turistiku Għawdxi ra żieda globali ta’ 15.5 fil-mija meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. Meta wieħed iqabbel il-figuri fl-ewwel seba’ xhur tas-sena jsib li bejn l-2006 u l-2008 hemm żieda ta’ 22 fil-mija fit-turisti barranin u Maltin li żaru lil Għawdex. Dawn issarfu f’żieda ta’ aktar minn 25,000 jew 20 fil-mija, fin-numru ta’ ljieli li dawn qattgħu fi stabilimenti ta’ akkomodazzjoni f’Għawdex.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Minister Bedingfield stresses the importance of prevention and cooperation in strengthening fire safety

PR261981en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Il-Ministru Bedingfield jisħaq fuq l-importanza tal-prevenzjoni u l-kollaborazzjoni biex tissaħħaħ is-sigurtà kontra n-nirien

PR261981

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Il-Ministru Bedingfield ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow