IL-MINISTRU AUSTIN GATT JITLOB LILL-PULIZIJA TINVESTIGA SUSPETT TA’ FRODI FIĊ-ĊERTIFIKAZZJONI TAL-PONT MANWEL DIMECH
pr1507
16/10/2008
| Il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u | Komunikazzjoni, l-Onor. Austin Gatt għadda lill-Pulizija rapport li rċieva mingħand iċ-Chairman tad-Dipartiment responsabbli mit-toroq fl-Awtorità dwar it-Trasport li juri li komunikazzjoni bejn il-kuntrattur u l-inġinier, li l-kuntrattur iqabbad biex jiċċertifikalu x-xogħol, juri li l-inġinier kien qed jibdel ir-riżultati ta’ xi testijiet fiċ-ċertifikazzjoni tiegħu. |
| L-Awtorità dwar it-Trasport ivverifikat li | t-testijiet li dwarhom jidher li seta’ kien hemm xi forma ta’ frodi m’għandhom ebda implikazzjoni fuq is-saħħa jew l-istabbilità tal-pont. Jidher iżda li r-riżultati jistgħu iżidu l-infieq fil-manteniment tal-pont biex jibqa’ jiffunzjona għall-ħajja li stmat li jgħix ta’ 85 sena. Ma jirriżulta li hemm ebda periklu għall-pont jew għal min jużah. |
| Dokumentazzjoni li ngħatat lill-Awtorità dwar | it-Trasport mill-kuntrattur stess, tissuġġerixxi li meta saru testijiet fuq it-tensjoni ta’ l-azzar fit-travi tal-pont, l-inġinier li jiċċertifika, bl-ammissjoni tiegħu stess, bidel ir-riżultat u għamel ta’ bir-ruħu li għamel it-test fi żmien il-vaganzi ta’ l-Għid, biex jevita li l-Awtorità tinduna b’dak li kien qed jagħmel. |
| F’komunikazzjoni elettronika bejn l-inġinier li | jiċċertifika u l-kuntrattur, tal-ewwel jgħid li ntalab jagħmel testijiet fuq l-azzar fit-travi biex jikkonferma t-tensjoni fuqhom sa 105%. Jgħid imbagħad li “kif miftiehem fuq it-telefon, ser jagħmel ta’ bir-ruħu li għamel dan it-test waqt il-festi ta’ l-Għid (meta l-uffiċjal li qed jirrappreżenta lill-Awtorità ma jkunx fuq is-sit) u jibdel ftit iċ-ċifri”. Din hi traduzzjoni mill-iskambju elettroniku oriġinali li sar bit-Taljan u li qed jiġi ppubblikat ma’ din l-istqarrija. |
| Dan id-dokument ingħata mill-kuntrattur lill-ADT | il-ġimgħa li għaddiet mad-dokumenti l-oħra li kienu meħtieġa mill-ADT biex ittemm il-verifika taċ-ċertifikazzjoni tax-xogħol. |
| Minnufih li l-Ministru Austin Gatt kien infurmat | b’dan, qabel mal-parir taċ-Chairman tad-dipartiment responsabbli mit-toroq u għadda din l-informazzjoni lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jistħarreġ il-każ. Il-Ministru Gatt ordna wkoll lill-ADT tinforma lid-Direttur tal-Kuntratti. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261981en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...
PR261981