Left arrow Mur Lura

L-EWWEL LAQGĦA TAL-KUMITAT DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI: L-EFFETTI TAL-MEDIA FUQ IL-FAMILJA

pr1506
Date Icon 16/10/2008
“...f’pajjiżna tinħass il-ħtieġagħal aktar edukazzjoni fl-użu tal-media milli ċ-ċensura...”
“...il-bżonn ta’ aktar riċerkalokali fuq l-effetti tal-media fuq il-familji Maltin...”
“...tiġi stabilita l-politikanazzjonali tal-familja li tindika l-valuri universali tal-familja li jwasslu għal edukazzjoni effettiva fl-użu tal-media u kif din tiġi interpretata...”
“...jinħass il-bżonn ta’ aktarinvestiment minn stazzjonijiet tat-televiżjoni lokali favur programmi ta’ kwalità, speċjalment ma dak li għandu x’jaqsam programmi tat-tfal u l-valuri tal-familja...”
Dawn huma l-konklużjonijiet li ħarġu mill-ewwellaqgħa tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali tal-Parlament Malti u l-preokkupazzjoni tal-Kumitat fuq l-effetti varji li l-media jista’ jkollha fuq il-familja.
L-esperti mistiedna li ddiskutew dan is-suġġettkienu Rev. Joe Borg, Fr. Dr. Charles Tabone o.p, s-Sur Albert Debono, bil-kollaborazzjoni ta’ Dr. Mary Anne Lauri.  L-esperti saħqu li l-influwenza tal-media fuq il-familja tiddependi minn diversi fatturi, fosthom kemm il-familja tiddedika ħin u riżorsi lejn il-media, l-kredibiltà li din tingħata, u l-livell ta’ edukazzjoni.  Intqal li forom differenti ta’ media fid-dar, pereżempju tliet settijiet tat-televiżjoni fi tlett ikmamar differenti, hija użanza ħażina li mhux qed tħalli l-familja tiltaqa’ flimkien.  Il-komunikazzjoni personali bejn il-membri tal-familja huwa l-aħjar mezz ta’ komunikazzjoni u fl-ebda ħin m’għandu jitħalla li l-media tkun il-mezz ta’ komunikazzjoni prinċipali fil-familja.
Ġie nnutat ukoll li permezz tat-tfassiltal-politika nazzjonali tal-familja u l-parametri li joħorġu minnha, fosthom il-valuri universali tal-familja, għandu jgħin għall-għarfien aħjar ta’ kif il-familja tinterpreta u tifred il-messaġġi tajbin minn dawk ħżiena tal-media. Fost dawn il-messaġġi ħżiena nsibu l-konsum esaġerat u l-perċezzjoni li l-bniedem ikun aktar stmat skont x’għandu.
Filwaqt li ġie rikonoxxut in-nuqqas ta’ riċerkalokali f’dan il-qasam, l-esperti spjegaw l-istrateġija favur l-edukazzjoni tal-media u IT literacy.  Malta qed tgawdi żvilupp fl-oqsma u l-aċċess għat-teknoloġija tal-informatika u l-media, u għalhekk tinħass aktar il-ħtieġa ta’ edukazzjoni fl-aħjar użu tal-media kemm fl-iskola u qalb il-familja nnifisha.  B’hekk is-soċjetà Maltija tkun qed tieħu l-aħjar li tista’ mill-mezzi tal-media u tiddefendi lilha nnifisha mill-qawwa tal-messaġġi li l-media kapaċi twassal.  Matul il-laqgħa ġie diskuss ukoll il-ħtieġa ta’ bilanċ bejn l-interess soċjali u dak kummerċjali tal-istazzjonijiet tat-televiżjoni lokali u l-bżonn ta’ programmi li jwasslu l-valuri tal-familja.
Il-laqgħa tmexxiet mill-Onor. Edwin Vassallo MPChairperson tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali u kienu preżenti l-Onor. Frederick Azzopardi MP, l-Onor. Justyne Caruana MP, l-Onor. Michael Farruġia MP, l-Onor. Stephen Spiteri MP u l-Onor. Anthony Zammit MP.  Waqt il-laqgħa setgħet tinħass il-preokkupazzjoni li kellhom il-Membri Parlamentari tal-Kumitat, fejn wasslu l-messaġġ ta’ ħafna ġenituri li huma inkwetati bl-effetti b’saħħithom tal-media fuq it-tfal u kif din tista’ tillimita l-komunikazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal.

Laqgħa oħra pubblika tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, u li titratta l-familja, ser issir nhar l-Erbgħa fis-7.15pm bit-tema l-Effetti tal-Vjolenza Domestika fuq il-Familja (aktar dettalji fuq www.parliament.gov.mt).

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Minister Bedingfield stresses the importance of prevention and cooperation in strengthening fire safety

PR261981en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Il-Ministru Bedingfield jisħaq fuq l-importanza tal-prevenzjoni u l-kollaborazzjoni biex tissaħħaħ is-sigurtà kontra n-nirien

PR261981

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Il-Ministru Bedingfield ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow