IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-ERARJI PUBBLIĊI U ARTIJIET FIL-MINISTERU TAL-FINANZI L-ONOR. JASON AZZOPARDI JGĦADDI MEDDA ART LILL-FONDAZZJONI GENISTA GĦAL SKOPIJIET TA’ AFFORESTAZZJONI
pr1503
16/10/2008
| Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru | tal-Finanzi, Jason Azzopardi llum iffirma l-ftehim ta’ encroachment li permezz tiegħu għadda medda art lill-Fondazzjoni Genista għal skopijiet ta’ afforestazzjoni. Waqt il-konferenza stampa huwa qal illi dan huwa xhieda ta’ Gvern li jrid li l-art pubblika tkun dejjem iżjed tal-pubbliku, biex minnha jgawdi iktar il-pubbliku. Huwa qal illi din hija l-politika tal-Gvern li l-art pubblika għandha titgawda minn faxex dejjem iktar wiegħsa tas-soċjetà. |
| Dr Azzopardi żied jgħid illi dan il-proġett mhux | biss jagħmel użu ferm aħjar minn art illi sa issa ma kinetx tintuża fil-potenzjal kollu tagħha, iżda huwa ta’ ġid għall-komunità tal-Kalkara. Is-Segretarju Parlamentari faħħar il-ħidma tal-Fondazzjoni Genista, u qal illi okkażjonijiet bħal dawn juru kemm dawn in-nies lesti li jissagrifikaw ħin prezzjuż biex jidħlu għal inizjattivi bħal din, għall-ġid tal-komunità. Huwa saħaq li b’wiċċu minn quddiem, jgħaddi din il-medda art lil entitajiet bħal Ginesta u Organizzazzjonijiet Non-Governattivi oħra. |
| Din kienet biss l-aħħar minn sensiela ta’ | inizjattivi simili fejn is-Segretarjat Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi, qed jgħaddi proprjetà pubblika, biex minnha jsir użu aħjar li jisfrutta l-potenzjal kollu tagħha. Iktar kmieni din is-sena għaddew għand għaqdiet u kunsilli lokali, it-Torri ta’ San Tumas f’Wied il-Għajn, kif ukoll it-Tourist Information Office fiċ-ċentru tal-Mellieħa. |
| Il-proġett tal-Wied tar-Rinella huwa maħsub biex | jikkonsolida u jerġa’ jqajjem it-tradizzjonijiet marbuta mal-biedja Maltija. Dan il-proġett jaħseb għal min huwa mħajjar jitgħallem is-snajja relatati, kif ukoll joffri opportunitajiet fin-niċċa tal-eko-turiżmu. Hekk it-turisti li jżuruna jkunu jistgħu jesperjenzaw il-biedja ħajja. Il-proġett huwa maħsub ukoll biex jikkonserva l-ambjent ta’ wied tipiku fin-Nofsinhar ta’ Malta. |
| Il-mira ta’ dan il-proġett huwa li jnaqqas kemm | jista’ jkun l-impatt uman fuq l-abitat naturali ta’ dan il-wied. Permezz ta’ dan il-proġett, il-Fondazzjoni Genista mhux ser tmiss il-bilanċ naturali tas-sit, anzi ser twaqqaf it-telf ta’ bijodiversità. |
Other Press Releases:
PR261981en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...
PR261981