IL-KONSULTAZZJONI PUBBLIKA DWAR IT-TISĦIĦ TAL-PARLAMENT SER ISSIR GĦADA L-ĠIMGĦA, 17 TA’ OTTUBRU 2008, FIT-3.00 PM
pr1501
16/10/2008
| Minħabba li nhar is-Sibt li | ġej, ser isir il-funeral ta’ l-Onor. Dr. Karl Chircop, il-laqgħa ta’ konsultazzjoni pubblika li l-Kumitat Magħzul kien ser jagħmel nhar is-Sibt filgħodu issa ser issir għada l-Ġimgħa, 17 ta’ Ottubru, 2008, bejn it-3.00 u s-6.00 pm, fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt Valletta. Il-Membri Parlamentari u kull min wera interess li jieħu sehem fid-diskussjoni fuq dan is-suġġett diġà ġie informat bl-email jew bil-posta. |
| L-iSpeaker tal-Kamra tar-Rapprezentanti, | Dr. Louis Galea qal li fl-ewwel parti tal-ħidma tiegħu, il-Kumitat Magħżul qed jiffoka fuq it-tisħiħ tal-ħidma u tal-kwalità tal-istituzzjoni tal-Parlament, qasam li ngħata importanza mir-Riżoluzzjoni mgħoddija unanimament meta twaqqaf il-Kumitat. “Il-Kumitat Magħzul iqis li l-Parlament huwa fl-aħħar mill-aħħar l-aktar istituzzjoni politika u kostituzzjonali rilevanti għaliex tiġbor fiha rappreżentanza sħiħa tal-poplu Malti u Għawdxi. Fil-mumenti l-aktar storiċi u delikati tal-iżvilupp politiku, soċjali, kulturali u ekonomiku nsibu li l-Parlament u l-Membri tiegħu kienu kruċjali biex il-poplu jiġi gwidat fit-trapass li l-pajjiż ħtieġlu jagħmel minn bidla għall-oħra tal-iżvilupp.” |
| Il-Kumitat Magħzul diġà sema’ diversi ex | Speakers u l-President Emeritus Dott Ugo Mifsud Bonnici. Fost id-diversi punti li tqanqlu fil-laqgħa li saret bejn il-Kumitat u dawn il-personalitajiet kien hemm dawk li jirrigwardaw l-awtonomija tal-Parlament, reviżjoni tal-Ordnijiet Permanenti, riżorsi aħjar, opportunitajiet aktar effettivi biex il-Membri Parlamentari jwettqu l-funzjoni legiżlattiva u dik ta’ skrutinju tal-Gvern, imġieba politika korretta, opportunità aħjar biex l-Oppożizzjoni tqanqal materji għal diskussjoni fil-Parlament, u ċentru ta’ dokumentazzjoni għal riċerka aħjar mill-Membri u l-uffiċjali tal-Parlament. |
Tagħrif dettaljat dwar il-ħidma tal-Kumitat Magħżul jista’ jinkiseb mis-sit elettroniku www.parliament.gov.mt. Kull min jixtieq jikkomunika mal-Kumitat jista’ jikteb lil Mr Speaker b’ittra jew b’email fuq selectcommittee@gov.mt.
Stqarrijiet Oħra:
PR261981en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...
PR261981