Left arrow Go Back

TWEĠIBA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAT-TURIŻMU GĦALL-ISTQARRIJA TAL-MLP DWAR IT-TURIŻMU F’GĦAWDEX

pr1499
Date Icon 15/10/2008
Bhala parti mill-process tar-riformatal-Kunsilli Lokali, is-Segretarju Parlamentari ghall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, Chris Said, organizza seminar ta' gurnata dwar is-Sistema tal-Infurzar Lokali. Dan is-seminar li sar bil-kollaborazzjoni tad-Dipartiment ghall-Gvern Lokali, sar f'Ghawdex u ghalih attendew rapprezentanti mill-entitajiet li huma direttament involuti fis-sistema ta' infurzar lokali, fosthom: il-Kumitati Kongunti, Tribunali Lokali, Bord tal-Petizzjonijiet, Pulizija, Awtorita' Dwar it-Trasport (ADT), Agenziji tal-Gwardjani Lokali u IT Service providers.
L-ghan tas-seminar kien lijigu diskussi proposti ghal titjib fl-operat kollu sabiex is-servizz ikun wiehed aktar efficjenti u sostenibbli kif ukoll iservi l-ghan principali li titjieb il-buon ordni u l-protezzjoni tac-cittadini.
F'dan is-seminar saru tlettworkshops li ttrataw aspetti differenti tas-sistema u saru diversi proposti kif dawn jistghu jitjiebu. Fl-ahhar tas-seminar gew prezentati r-rapporti tat-tlett workshops lis-Segretarju Parlamentari Chris Said, li min-naha tieghu, filwaqt li rringrazzja lil kull min ippartecipa, qal li s-sistema tal-infurzar lokali tehtieg li tkun riformata sabiex isservi l-iskop principali li tkun ghas-servizz tac-cittadin.
Hu zied jghid li biex isirdan jehtieg li jittiehdu diversi mizuri, li hafna minnhom gew elenkati fir-rapporti tal-workshops, fosthom: edukazzjoni lic-cittadini kif ukoll titjib fil-livell tat-tahrig lill-Gwardjani Lokali, sistemi aktar efficjenti u b'inqas spejjez, kontroll akbar fuq il-metodu ta' infurzar, kif ukoll kordinazzjoni ahjar bejn l-entitajiet kollha nteressati, bhall-Pulizija, l-Gwardjani tal-Ambjent u l-Gwardjani Lokali. Hu qal ukoll li dan hu biss il-bidu tal-process li ghandu jwassal ghal aktar konsultazzjoni f'dan il-qasam mal-entitajiet kollha involuti fil-qasam tal-infurzar lokali.
Hu semma wkoll li r-riformatal-infurzar lokali mhux bilfors tigi konkluza mal-emendi fil-ligi tal-Kunsilli Lokali u dan sabiex ir-riforma tkun wahda holistika li tindirizza dawk l-oqsma kollha li qed jigu identifikati li ghandu bzonn titjib. Hu fakkar li l-Gwardjani Lokali inghataw il-funzjoni ta' infurzar lokali u dan mhux bl-eskluzjoni tal-infurzar mill-awtoritajiet centrali. Ghalhekk jekk isir sforz sabiex ikunu kordinati l-inizjattivi, ghandu jizdied il-buon ordni filwaqt li c-cittadin onest ihossu aktar protett.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Minister Bedingfield stresses the importance of prevention and cooperation in strengthening fire safety

PR261981en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Il-Ministru Bedingfield jisħaq fuq l-importanza tal-prevenzjoni u l-kollaborazzjoni biex tissaħħaħ is-sigurtà kontra n-nirien

PR261981

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Il-Ministru Bedingfield ...

More Press Releases Right arrow