Left arrow Go Back

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport jindirizza attività li fiha tfakkar il-Poeta Nazzjonali Dun Karm Psaila

pr1495
Date Icon 15/10/2008
“Malta huwa pajjiż li DunKarm kien iħobb b’imħabba bla qies u l-kitbiet tiegħu huma xhieda ta’ dan kollu. Dun Karm ta ġieħ lill-patrijotti Maltin u fl-istess ħin, apprezza n-natura u l-ambjent Malti. Il-poeżiji ta’ Dun Karm iħeġġuna nkunu kburin b’pajjiżna.” Dan intqal mis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, Clyde Puli waqt li ndirizza attività li fiha tfakkar il-Poeta Nazzjonali Malti.
Għal din l-okkażjoni attendewukoll studenti mill-iskola Primarja Antonio Galea tal-Floriana, mill-Iskola Primarja Sant’Iermu tal-Belt Valletta, l-iskola Sekondarja Ġuże’ Galea ta’ Ħal Qormi, l-iskola Dun Karm Psaila ta’ Ħaż Żebbuġ, l-iskola Santa Eliżabetta ta’ tas-Sliema u s-Seminarju ta’ l-Arċisqof. Preżenti kien hemm ukoll is-Sindku tal-Floriana, Nigel Holland, il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti, Davinia Galea u c-Chairman tal-Kumitat Festi Nazzjonali Nazju Abela.
L-istudenti qraw sensiela ta’ poeżiji li kitebl-istess poeta nazzjonali biex wara  tqegħdu fjuri mal-monument li jinsab fi Triq Sant’ Anna, il-Floriana. Fl-aħħar ta’ din l-attività  tkanta l-Innu Malti, li l-versi tiegħu inkitbu minn Dun Karm Psaila.
Dun Karm Psaila, twieled nharit-18 ta’ Ottubru, 1871 u miet nhar it-13 ta’ Ottubru, 1961. Hu studja s-seminarju u ta’ 23 sena sar qassis. Fost ix-xogħlijiet letterarji li ħallielna Dun Karm hemm: “L-Għanja tar-Rebħa”, “Lil Malta”, “Għal Dun Mikiel Xerri”, “Lil Mikiel Anton Vassalli”, “Wied Qirda” u “L-Innu Malti”. “Il-Jien u Lilhinn Minnu” hi meqjusa minn bosta bħala l-aqwa biċċa xogħol letterarja ta’ Dun Karm.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Minister Bedingfield stresses the importance of prevention and cooperation in strengthening fire safety

PR261981en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Il-Ministru Bedingfield jisħaq fuq l-importanza tal-prevenzjoni u l-kollaborazzjoni biex tissaħħaħ is-sigurtà kontra n-nirien

PR261981

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Il-Ministru Bedingfield ...

More Press Releases Right arrow