STQARRIJA LILL-KAMRA TAR-RAPREŻENTANTI MILL-PRIM MINSTRU, DR LAWRENCE GONZI, DWAR IS-SUMMIT TAL-PAJJIŻI FIŻ-ŻONA TAL-EURO (IL-ĦADD, 12 TA’ OTTUBRU 2008)
pr1494
14/10/2008
Sur President,
| Inqis li huwa d-dmir tiegħi li, | fl-ewwel opportunita` li għandi, nirraporta lill-Kamra dwar id-diskussjoni u r-riżultati tas-summit tal-pajjiżi li qegħdin fiż-żona tal-Ewro li sar jumejn ilu ġewwa Pariġi. |
| Ilkoll nafu bis-sitwazzjoni | nkwetanti li żviluppat fis-swieq finanzjarji internazzjonali. Nafu kif il-problemi ta’ finanzjament marbuta ma’ self sub-prime fuq xiri ta’ djar fl-Istati Uniti wasslu għal problemi kbar f’uħud mill-akbar istituzzjonijiet finanzjarji importanti f’dak il-pajjiż, inkluż il-falliment tal-Lehmann Brothers li kellu effett diżastruż fuq is-suq u dgħajjef il-fiduċja fost l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali. |
| Din il-problema żviluppat fi | kriżi ta’ nuqqas ta’ fiduċja fid-dinja finanzjarja. |
| Spiċċjana f’sitwazzjoni fejn, | il-banek mhux qed isellfu lil xulxin. Din hija theddida għal ħafna banek minħabba li ma jkollhomx aċċess immedjat għall-likwidità u allura qed ikollhom diffikultà dejjem akbar sabiex jiffinanzjaw il-ħtiġijiet tagħhom mis-suq. L-ekonomija ma tistax taħdem tajjeb mingħajr sistemi finanzjarji effiċjenti u l-kriżi ta’ bħalissa qiegħda tipperikola serjament l-iżvilupp ekonomiku. |
| Il-Gvernijiet ta’ Unjoni | Ewropea, il-Bank Ċentrali Ewropew u banek ċentrali oħra għamlu sforzi ko-ordinati sabiex terġa’ tidħol il-fiduċja fis-sistema bankarja. Fuq livell Ewropew, il-Kunsill tal-Ministri tal-Finanzi (l-ECOFIN) tas-7 ta’ Ottubru, li fih ipparteċipa l-Ministru Tonio Fenech, ħa numru ta’ deċiżjonijiet u stieden lill-Ministri membri sabiex jieħdu miżuri speċifiċi sabiex terġa’ tiddaħħal il-fiduċja fis-sistema finanzjarja u għaldaqstant jiġi żgurat li s-swieq finanzjarji jerġgħu jiġu għan-normal. Il-Ministru Fenech tkellem dwar dan fi staqarrija lil din il-Kamra nhar l-Erbgħa li għaddew. |
| Nhar il-Ħadd irrapreżentajt | lill-Gvern Malti fis-summit, l-ewwel wieħed ta’ din ix-xorta fejn kienu preżenti il-kapijiet tal-Gvern tal-ħmistax-il pajjiż fiż-żona tal-Euro, Jose` Manuel Barroso, il-President tal-Kummissjoni Eworpea u Jean Claude Trichet, il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew. Il-Prim Ministru Ingliż, Gordon Brown, kien mistieden jattendi fil-bidu tal-laqgħa sabiex jispjega dak li kien qed jagħmel il-Gvern Ingliż. |
| L-għan ewlieni tal-laqgħa kien | li jitfassal pjan t’azzjoni sabiex terġa’ tiddaħħal il-fiduċja fis-sistema finanzjarja u sabiex jiġi żgurat li din is-sistema tkun taħdem tajjeb u kif suppost. Ridna wkoll li nimpenjaw ruħna sabiex noħolqu parametri komuni li fihom inkunu nistgħu nieħdu passi ko-ordinati imma li jirrispondi għas-sitwazzjoni partikolari ta’ kull pajjiż individwali. Il-ħsieb tagħna kien li nsawru l-għodda li kull pajjiż ikun jista’ juża sabiex jindirizza bl-aħjar mod ir-realtajiet tiegħu. |
| Wara diskussjoni twila wasalna | għal dikjarazzjoni li qiegħed inpoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra. |
| Qbilna li bħala Gvernijiet, | banek ċentrali u awtoritajiet regolatorji (supervisors) naħdmu b’mod ko-ordinat fuq dawn is-sitt punti ewlenin, jiġifieri li: |
| 1. niżguraw | kundizzjonijiet xierqa ta’ likwidita` fl-istituzzjonijiet finanzjarji; |
| 2. niffaċiltaw | l-iffinanzjar tas-sistema bankarja; |
| 3. nipprovdu | riżorsi kapitali addizzjonali lill-istituzzjonijiet finanzjarji sabiex dawn ikomplu jiffinanzjaw b’mod xieraq lill-ekonomija; |
| 4. l-banek | f’diffikulta’ jiġu rikapitalizzati bl-aktar mod effiċjenti possibbli; |
| 5. jkun | hemm flessibilta` fit-twettiq tar-regoli tal-kontabilita’ (accounting rules) u dan fid-dwal tal-kundizzjonijiet eċċezzjonali li jinsabu fihom s-swieq bħalissa; u |
| 6. tittejjeb | il-ko-operazzjoni bejn il-pajjiżi ewropej. |
| Fid-dawl ta’ dan kien hemm qbil | fuq numru ta’ passi prattiċi, inkluż: |
| 1. skema | temporanja, sa tmiem is-sena d-dieħla, ta’ garanziji tal-Gvern għal self ġdid, medium term. Ovvjament dan għandu jkun suġġett għal numru ta’ kundizzjonijiet bażiċi, bħal, li l-valur tal-istrumenti finanzjarji ikun jirrifletti il-valur veru f’sitwazzjonijiet normali u l-possibilta’ ta’ kundizzjonijiet biex is-self ikun verament b’risq l-iżvilupp ekonomiku; |
| 2. li | l-Gvernijiet jagħmlu Tier 1 capital disponibbli lill-istituzzjonijiet finanzjarji, per eżempju billi jakkwistaw ishma preferenzjali; |
| 3. ir-rikapitalizzazzjoni | tal-banek, ovvjament segwit bi pjan ta’ ristrutturar; |
| 4. il-ħolqien | ta’ unsecured lending facility mill-Bank Ċentrali Ewropew sabiex jixtri commercial paper mill-banek; |
| 5. li | l-istituzzjonijiet għandu jkollhom il-possibilta` li ma jivvalutawx l-assi tagħhom skond il-valur immedjat tas-suq imma a bażi ta’ risk of default assumption; |
| 6. skambju | akbar ta’ informazzjoni bejn il-Gvernijiet Ewropej, il-Kunsill Ewoprew, il-Kummissjoni Ewropea, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-presidenza tal-Eurogroup. |
Sur President,
| Nixtieq ninforma lill-Kamra li | bejn il-bieraħ u llum l-Gvern iltaqa’ mal-Banek li għandna joperaw f’pajjiżna sabiex jiddiskuti magħhom id-deċiżjonijiet tas-summit tal-bieraħ u l-qagħda tagħhom. Jirriżulta li s-settur finanzjarju lokali huwa b’saħħtu u li m’hemmx problemi partikulari, inklużi dawk ta’ likwidita’. Għaldaqstant, il-poplu tagħna għandu jserraħ rasu li l-qagħda tas-settur bankarju tagħna hija soda. |
| F’mument bħal dan, meta | d-diffikultajiet fid-dinja ta’ madwarna mhumiex żgħar, wieħed verament japprezza d-deċiżjonijiet għaqlija ta’ pajjiżna li jissieħeb kemm fl-Unjoni Ewropea kif ukoll li jdaħħal il-munita ewro. |
| Naturalment irridu nibqgħu | dejjem lesti biex nieħdu kull azzjoni li jkun hemm bżonn skond l-iżvilupp taċ-ċirkostanzi fis-swieq globali u Ewropej. Madanakollu hemm żewġ fatturi li jsaħħu l-qagħda ta’ pajjiżna biex nibqgħu sodi quddiem il-mewġ li qiegħed jaħkem lid-dinja kollha. L-ewwel fattur huwa marbut mas-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea. It-tieni fattur huwa marbut mad-deċiżjoni li mill-1 ta’ Jannar ta’ din is-sena Malta ngħaqdet mal-grupp ta’ pajjiżi li jużaw l-ewro bħala l-munita tagħhom. |
| Dawn iż-żewġ deċiżjonijiet | ippermettew lil pajjiżna biex nhar il-Ħadd ikun rappreżentat madwar il-mejda fejn ittieħdu deċiżjonijiet diffiċli imma vitali għall-ekonomija globali. |
| Hu fatt innegabbli li d-dħul | tal-Ewro f’pajjiżna fisser mhux biss munita b’saħħitha iżda fisser ukoll li pajjiżna qiegħed jingħata ħafna tagħrif li kieku ma’ konniex inkunu nafu bih, qegħdin niġu kkonsultati b’mod kontinwu kif ukoll qegħdin nagħtu sehemna fit-teħid tad-deċiżjonijiet li jolqtuna mill-qrib ħafna. Fuq kollox qegħdin msieħba f’Unjoni u f’għaqda monetarja li qegħdin jagħtuna sisien sodi għal pajjiżna f’dawn iż-żmenijiet imqallba. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261981en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...
PR261981