Left arrow Mur Lura

IL-GVERN F’ĦIDMA BIEX JGĦIN L-INVESTIMENT FIT-TEKNOLOĠIJA U BIEX DIN ISSIR AKTAR AĊĊESSIBBLI

pr1492
Date Icon 14/10/2008
“Il-Gvern hu impenjat li jkompli jagħti l-għoddaneċessarja u l-inċentivi li hemm bżonn biex jissokta l-investiment fis-settur tat-teknoloġija. Għalhekk ressaq talba quddiem il-Kummissjoni Ewropea biex filwaqt li tikkunsidra l-iżvantaġġi ġeografiċi ta’ Malta bħala gżira, tippermetti lill-Gvern Malti jkun jista’ jgħin lill-privat permezz ta’ inċentivi ħalli tissaħħaħ il-konnettivita’ internazzjonali.
Dan qalu Austin Gatt, il-Ministrugħall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni waqt żjara li għamel lill-kumpanija Vodafone. F’din iż-żjara saret preżentazzjoni  tal-Wireless Digital Citizenship Network Project li hu parti mill-programm INTEREG iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea.
Hu żied li l-Gvern lest li jkompli jgħin biexisir l-investiment meħtieġ għax minnu jgawdi l-konsumatur. Dan minħabba li jkollu aktar aċċessibbilta għal aktar servizzi ġodda u li fl-istess waqt servizzi bħal dawn tant huma meħtieġa biex pajjiżna jibqa’ fuq quddiem f’dawk li huma servizzi marbuta mat-teknoloġika.”
Il-Ministru Gatt żied li l-konnettivitainternazzjonali hi l-ħajja għall-ekonomija l-ġdida li qiegħed jiġbed lejh il-pajjiż u għalhekk hu meħtieġ li dan is-servizz ikun ta’ l-aħjar kwalita u mill-aktar effiċjenti.
Meta rrefera għall-Wireless DigitalCitizenship Network Project, il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni qal li l-kumpanija Vodafone qed tkun konformi wkoll mal-politika tal-Gvern li jagħmel minn Għawdex gżira ekoloġika. Hu semma kif permezz ta’ dan il-proġett internazzjonali li fih qed jieħdu sehem komunitajiet Għawdxin qed jitwasslu servizzi bla fili, u allura dan ukoll qed jagħti kontribut f’din id-direzzjoni li l-Gvern għandu għal Għawdex.
Il-Ministru Austin Gatt qal li dan il-proġettqed jieħdu sehem fih ukoll komunitajiet iżolati fl-Italja, fil-Greċja u fl-Eġittu u hu mmirat biex ikunu sfruttati l-mezzi teknoloġiċi possibbli u fl-istess waqt jgħin aktar komunitajiet jaċċessaw it-teknoloġija ta’ l-informazzjoni. Hu semma kif il-Wireless Digital Citizenship Network Project hu wkoll parti mill-mira strateġika tal-Gvern li jippromovi u jiffaċilita l-aċċess għall-WiFi u l-WiMAX lill-pubbliku.
Hu fakkar kif is-sena li għaddiet, il-Gvernnieda l-inizjattiva BlueSkies li ssarrfet biex mal-5,600 persuna rreġistraw biex ikollhom aċċess għas-servizz tal-broadband.  Il-Ministru Austin Gatt temm li l-ħidma tal-gvern se tibqa’ tkun fid-direzzjoni biex ikompli jinfirex l-aċċess għas-servizzi tat-teknoloġija.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Minister Bedingfield stresses the importance of prevention and cooperation in strengthening fire safety

PR261981en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Il-Ministru Bedingfield jisħaq fuq l-importanza tal-prevenzjoni u l-kollaborazzjoni biex tissaħħaħ is-sigurtà kontra n-nirien

PR261981

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Il-Ministru Bedingfield ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow