Left arrow Mur Lura

PUBBLIKAZZJONI TAS-SEJĦIET GĦALL-OFFERTI KOLLHA LI JINĦARGU MILL-KUNSILLI LOKALI

pr1489
Date Icon 14/10/2008
B’effett immedjat, is-sejħiet għall-offertikollha li jinħargu mill-Kunsilli Lokali ser jibdew jiġu pubblikati darba fil-ġimgħa f’gazzetta ta’ kuljum. Dan se jsir flimkien mal-pubblikazzjoni tal-istess sejħiet għall-offerti fil-Gazzetta tal-Gvern.
Dan il-pass qed jittieħed sabiex jiġi żgurat litiżdied it-trasparenza u l-kontabilita’ tal-Kunsilli Lokali fejn jidħlu s-sejħiet għall-offerti.  Dan ser iwassal ukoll biex dawk kollha interessati li jissottomettu l-offerti tagħhom ikollhom l-opportunita’ li jkunu jafu b’dawn is-sejħiet.
Huwa previst li tali pubblikazzjonijiet serjgħinu biex ikun hemm kompetizzjoni akbar fost dawk li jitfgħu l-offerti u għalhekk jinkisbu prezzijiet aktar vantaġġjużi u jingħata servizz aħjar.  Dan kollu jgħin biex jingħata l-aqwa servizz bl-aħjar prezz għall-ġid tar-residenti ta’ kull lokalita’.
Il-pubblikazzjoni tas-sejħiet għall-offerti setibda ssir kull nhar ta’ Erbgħa f’wieħed mill-gurnali ta’ kuljum.  L-avviżi kollha se jiġu pubblikati flimkien f’ġurnata speċifika biex ikun aktar faċli għal min ikun interessat li jsegwihom.
Id-Dipartimenttal-Gvern Lokali u s-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni qed iħeġġu lill-Kunsilli Lokali sabiex jippubblikaw ukoll is-sejħiet għal kwotazzjonijiet u mhux biss dawk għall-offerti.
Il-Kunsilli Lokali li jagħmlu danikunu qed jagħtu l-aqwa ezempju ta’ trasparenza u kontabilita’ kif ukoll jassiguraw li jakkwistaw l-aħjar prezzijiet b’risq ir-residenti tal-lokalita’ tagħhom.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Minister Bedingfield stresses the importance of prevention and cooperation in strengthening fire safety

PR261981en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Il-Ministru Bedingfield jisħaq fuq l-importanza tal-prevenzjoni u l-kollaborazzjoni biex tissaħħaħ is-sigurtà kontra n-nirien

PR261981

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Il-Ministru Bedingfield ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow