ID-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR MALTI KIBRU BI SĦUBIJA FL-UNJONI EWROPEA
pr1477
10/10/2008
| Is-sħubija fl-Unjoni Ewropea fissret kisbiet u | vantaġġi kbar għall-konsumatur, fosthom għażla akbar ta’ prodotti u servizzi, prezzijiet aktar kompetittivi u fuq kollox aktar drittijiet. Dan kien il-messaġġ ewlieni tal-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment waqt żjara fl-Open Day organizzata mid-Diviżjoni tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni. |
| Tonio Fenech spjega li l-qafas tad-drittijiet | tal-konsumatur komplew jitwessgħu din is-sena bl-adozzjoni tal-Unfair Commerical Directive. It-tisħiħ tad-drittijiet tal-konsumatur huwa minnu nnifsu għodda li saħħaħ il-potenzjal tas-suq intern tal-Unjoni Ewropea, għaliex iżżid il-fiduċja tal-konsumatur f’dan l-istess suq. Id-Direttiva tiffaċilita l-kummerċ bejn l-Istati Membri iżda fl-istess ħin issaħħaħ id-drittijiet li jipproteġu l-konsumatur kontra prattiċi inġusti, bħal per eżempju reklamar qarrieqi, spejjeż moħbija, jew abbuż simili. |
| Il-Ministru Fenech saħaq fuq id-dritt | tal-informazzjoni tal-konsumatur u kien għalhekk li l-impenn tad-Diviżjoni li tkun preżenti regolarment fuq il-mezzi tax-xandir u l-istampa kien qed iwassal li l-konsumatur illum hu aktar konxju tad-drittijiet tiegħu, kemm f’xiri tradizzjonali mingħand tal-ħanut, kif ukoll f’xiri b’metodi aktar riċenti, fosthom minn fuq l-Internet, televiżjoni jew fuq l-għatba. |
| Dritt importanti tal-konsumatur huwa li jkun jaf | il-valur tal-prodott li se jkun qed jixtri. Iż-żmien li l-Gvern jimponi l-prezzijiet fuq il-prodotti li nikkunsmaw spiċċa iżda aktar u aktar għaldaqstant huwa kruċjali li l-prezz ta’ prodott ikun immarket sew fuq l-ixkaffa biex b’hekk il-konsumatur ikun jista’ jagħżel bil-libertà minn fejn jixtrih. Għal dan l-għan sal-lum fl-2008 saru kwazi 17,000 żjara fi ħwienat, u kważi 2000 oħra fi swieq fil-miftuħ jew għand tal-ħaxix. Fil-maġġoranza assoluta tal-każijiet, is-sidien irmedjaw din is-sitwazzjoni wara li kienu infurmati dwar dan mir-rappreżentant tad-diviżjoni. |
| Fost is-setturi li dwarhom id-Diviżjoni twettaq | il-ħidma tagħha, insibu dak tal-ivvjaġġar, u speċjalment ir-riklami f’dan il-qasam. Kull riklam tal-vaganzi li jidher jiġi analizzat biex ikun żgurat li l-prezz muri huwa dak finali, bit-taxxi b’kollox. Sas-sena l-oħra kien hemm numru ta’ operaturi li ma kienux konformi, iżda l-ħidma tad-Diviżjoni naqqset drastikament dawn il-każijiet. Din is-sena kienu biss 9 l-ittri ta’ twissija. |
| L-istess Diviżjoni ħadmet mill-bidu tas-sena fuq | aktar min 1,000 każ ta’ ilmenti minn konsumaturi dwar difetti fi prodotti, servizz li ma jkunx kif irreklamat u oħrajn. L-Uffiċċjali tad-Direttorat għall-Affarijiet tal-Konsumatur jippruvaw jagħmlu medjazzjoni mal-bejjiegħ sabiex jaslu għal soluzzjoni amikevoli u b’hekk jiġi evitat li l-każ jispiċċa quddiem it-Tribunal. Filfatt kienu biss 152 minn dawn il-każijiet li spiċċaw quddiem it-Tribunal, u l-maġġoranza tagħhom (124) inqatgħu favur il-konsumatur. |
| Fl-aħħar, il-Ministru semma’ wkoll il-ħidma ta’ | ECC-NET, li huwa servizz pan-Ewropew li permezz tiegħu konsumaturi Maltin jistgħu jilmentaw fuq problemi marbuta ma’ xiri ta’ prodotti jew servizzi li jseħħu meta jkunu msiefrin bl-istess mod kif il-barranin jistgħu jilmentaw fuq problemi li seħħewlhom matul btala f’Malta. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261981en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...
PR261981