Left arrow Mur Lura

PROGRAMM TA’ ŻJAJJAR GĦALL-ISTUDENTI FIL-LIBRERIJA PUBBLIKA F’GĦAWDEX

pr1476
Date Icon 10/10/2008
Wara s-suċċess miksub matul is-sena skolastika2007/2008, meta b’kollaborazzjoni sħiħa mal-Gozo College, aktar minn 1,200 student Għawdxi għamlu żjajjar ta’ orjentazzjoni fil-Librerija Pubblika ta’ Għawdex, mal-bidu tas-sena skolastika kurrenti, reġgħet ġiet imġedda l-istedina lill-Kapijiet kollha tal-iskejjel f’Għawdex.  L-ewwel żjara għal din is-sena nżammet nhar it-Tlieta 8 ta’ Ottubru fil-Librerija Pubblika fi Triq il-Vajrinġa, fir-Rabat u għaliha attendew l-istudenti li jattendu s-sitt sena fl-iskola Primarja Mattew Sultana tax-Xagħra.
F’kelmtejn ta’ introduzzjoni l-uffiċjalinkarigat spjega l-għan ta’ dawn iż-żjajjar, il-faċilitajiet li joffru l-libreriji u l-importanza li minn età żgħira l-istudenti jsiru midħla tal-qari.  L-interess tal-istudenti ntwera mill-għadd ta’ mistoqsijiet li għamlu dwar is-servizzi offruti. Barra minn hekk l-istudenti ngħataw l-opportunita’ li jipparteċipaw permezz ta’ qari ta’ poeżiji jew xogħlijiet oħra letterarji u bid-daqq fuq il-pjanu u l-vjolin. Għal din iż-żjara, madwar 40 student kienu akkumpanjati mill-għalliema u minn uħud mill-ġenituri.
Hu maħsub li, fiż-żmien li ġej, isiru aktarżjajjar ta’ orjentazzjoni fil-Librerija Pubblika ta’ Għawdex, minn diversi studenti oħra li jattendu l-iskejjel primarji u sekondarji fi ħdan il-Gozo College. Dan huwa mezz mill-aktar effikaċi ta’ kif l-istudenti jsiru aktar midħla tal-Librerija Pubblika.  Barra minn hekk huma jsiru jafu aktar dwar is-servizzi li jiġu offruti kemm f’forma stampata kif ukoll f’dik elettronika jew permezz tas-servizzi mogħtija mill-impjegati f’din is-sezzjoni, li l-funzjonijiet tagħha huma koordinati mill-Ministeru għal Għawdex.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Minister Bedingfield stresses the importance of prevention and cooperation in strengthening fire safety

PR261981en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Il-Ministru Bedingfield jisħaq fuq l-importanza tal-prevenzjoni u l-kollaborazzjoni biex tissaħħaħ is-sigurtà kontra n-nirien

PR261981

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Il-Ministru Bedingfield ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow