Left arrow Go Back

RAPPORT TA’ TĦAFFIR ILLEGALI TA’ BOREHOLES

pr1475
Date Icon 10/10/2008
Il-lejl li għadda, l-AwtoritàMaltija dwar ir-Riżorsi flimkien mal-pulizija  ħadu passi mal-ewwel sabiex iwaqqfu tħaffir illegali ta’ borehole li kien qiegħed isir fil-limiti tal-Mosta. Instab li makkinarju abbinat ma’ forklift kien qed jintuża sabiex titħaffer borehole fonda biex jittella’ ilma mill-pjan. Dan l-infurzar tal-liġi se jibqa’ jsir, kemm bil-lejl u bi nhar, u se jittieħdu l-passi kollha kontemplati fil-liġi sabiex jitwaqqfu abbużi bħal dawn.
L-Awtorità ta’ Malta Dwar ir-Riżorsi tiġbedl-attenzjoni tal-pubbliku in ġenerali u l-persuni kollha kkonċernati għall-Avviż Legali 254/08 dwar Tħaffir ta’ Boreholes u Xogħol ta’ Tħaffir għall-Ilma tal-Pjan.
Għal żmien ta’ mill-inqas 12-ilxahar l-Awtorità mhux se tipproċessa u lanqas toħroġ permessi għal tħaffir ta’ boreholes jew għal xogħol ieħor għall-ġbid tal-ilma mill-pjan.
Persuna jew persuni li matul danil-moratorium iħaffru borehole jew jagħmlu xogħol ta’ tħaffir għall-estrazzjoni ta’ ilma tal-pjan jew tħaffir ieħor  mingħajr il-permess tal-Awtorità jistgħu jeħlu multa ta’ bejn €20,000 u €50,000 kif ukoll il-konfiska tal-apparat jew il-makkinarju użat għat-tħaffir.
L-Awtorità tgharraf illi il-hotline80072223 ser tinżamm miftuħa l-ġurnata kollha inkluż is-Sibt u l-Ħadd biex tagħti l-possibbiltà lill-pubbliku li jirrapporta dirett lill-Awtorità każi ta’ tħaffir illegali ta’ boreholes.
L-Awtorità tfakkar ukoll illi skond l-AvviżLegali 165/97, kull min għandu apparat għat-tħaffir ta’ boreholes irid jirreġistrah  u f’kaz li jonqos milli jagħmel dan jista’ jeħel multa ta’ bejn €9,317 u €18,635 kif ukoll il-konfiska tal-apparat.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Minister Bedingfield stresses the importance of prevention and cooperation in strengthening fire safety

PR261981en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Il-Ministru Bedingfield jisħaq fuq l-importanza tal-prevenzjoni u l-kollaborazzjoni biex tissaħħaħ is-sigurtà kontra n-nirien

PR261981

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Il-Ministru Bedingfield ...

More Press Releases Right arrow