Left arrow Go Back

IL-MINISTRU GĦAL GĦAWDEX F’LAQGĦA TA’ SKAMBJU BEJN TFAL TALJANI U GĦAWDXIN

pr1474
Date Icon 10/10/2008
Il-Ministru għal Għawdex, l-OnorGiovanna Debono, żaret l-iskola Primarja Anton Cassar, waqt programm li ġie organizzat mill-Kap u l-għalliema flimkien mal-istudenti li jattendu din l-iskola ġewwa Għawdex. Dan il-programm ġie mħejji biex jilqa’ delegazzjoni minn Tolfa ġewwa l-Italja, li tinkludi numru ta’ studenti li jattendu l-iScuola Giovanni XXIII. Waqt iż-żjara tagħhom f’Għawdex l-istudenti huma akkumpanjati minn għalliema u s-sindku tal-komunità ta’ Tolfa, li magħha l-lokalità ta’ Għajnsielem għandha ftehim ta’ ġemellaġġ. Din iż-żjara qed issir bi skambju għal żjara li kienet saret għal Tolfa minn studenti u għalliema mill-iskola Anton Cassar.
Il-programm imħejji għal dinl-attività kien jinkludi żfin, kant u mużika bl-enfasi tingħata fuq il-kultura u l-lingwa ta’ dawn iż-żewġ lokalitajiet. Għal din l-attività attenda wkoll l-Onor. Louis Galea, Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti ta’ Malta, l-Eċċ. Mons Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, l-Ambaxxatur tal-Italja għal Malta Dott. Paolo Andrea Trabalza, kif ukoll iż-żewġ sindki rispettivi ta’ Għajnsielem u Tolfa.
Il-Ministru Giovanna Debonospjegat kif attivitajiet ta’ din in-natura jgħinu biex jiġu promossi dawk il-karatteristiċi li jgħaqqduna bħala popli Ewropej filwaqt li napprezzaw id-diversitajiet kulturali u lingwistiċi li jiddistingwu pajjiż minn ieħor. Dan għandu sinifikat aktar speċjali matul din is-sena li ġiet iddedikata id-Djalogu Interkulturali.  Il-Ministru faħħret ukoll l-inizjattivi meħudin minn bosta Kunsilli lokali Għawdxin li għarfu jużaw il-mezzi offruti mis-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea u għamlu ftehim ta’ ġemellaġġ ma’ diversi lokalitajiet f’pajjiżi oħra. Dan sewa ħafna ta’ ġid kemm għal- lokalitajiet rispettivi kif ukoll għall-gżira ta’ Għawdex.
Il-ġemellaġġ ta’ Għajnsielemma’ Tolfa ġie deskritt bħala ‘ġemellaġġ tan-nies’. Dan għaliex dawn iż-żewġ komunitajiet għarfu jinvolvu setturi differenti tas-soċjeta’ mil-lokalitajiet tagħhom. Bis-saħħa ta’ dan bosta residenti li ġejjin minn oqsma differenti u ta’ etajiet varji,  qasmu esperjenzi u rnexxielhom jibnu relazzjonijiet ta’ ħbiberija u kollaborazzjoni f’diversi ambiti tal-ħajja tal-lokalitajiet tagħhom.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Minister Bedingfield stresses the importance of prevention and cooperation in strengthening fire safety

PR261981en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Il-Ministru Bedingfield jisħaq fuq l-importanza tal-prevenzjoni u l-kollaborazzjoni biex tissaħħaħ is-sigurtà kontra n-nirien

PR261981

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Il-Ministru Bedingfield ...

More Press Releases Right arrow