Left arrow Mur Lura

IMNIEDI L-EUROPASS DWAR L-OSPITALITÀ WAQT KONFERENZA F’GĦAWDEX

pr1473
Date Icon 10/10/2008
L-impjiegi u l-industrija tat-turiżmu huma żewġelementi ta’ importanza strateġika għall-gżira ta’ Għawdex. Dan qalitu l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex waqt konferenza organizzata mill-Istitut tal-Istudji Turistiċi, li saret illum f’lukanda f’Għawdex.
Matul din il-konferenza, tnieda l-Europass Ġdiddwar l-Ospitalità, li jinkorpora kriterji ġodda ta’ kwalifikazzjoni biex jiġu offruti programmi ta’ ospitalità. Din hija s-sistema Ewropea tal-kwalifiki u kompetenzi fis-settur tal-Ospitalità li tassigura trasparenza u rikonoxximent mingħajr fruntieri.
Waqt id-diskors tal-għeluq, il-Ministru għalGħawdex qalet li l-Gvern Malti esprima l-viżjoni tiegħu li jagħmel minn Malta ċentru ta’ eċċellenza f’seba’ setturi ta’ attività ekonomika u soċjali sal-2015 - it-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni, is-Saħħa, it-Turiżmu, il-Manifattura li toffri valur miżjud, Servizzi Finanzjarji, il-viżjoni ta’ Għawdex bħala gżira ekoloġika, kif ukoll is-settur tal-edukazzjoni bħala ċentru internazzjonali ta’ eċċellenza għat-tagħlim u r-riċerka.
Hija insistiet li Għawdex għandu bżonn aktarnies imħarrġa biex ikunu jistgħu jgħinu sabiex tintlaħaq din il-viżjoni, speċjalment dik relatata ma’ Għawdex bħala gżira ekoloġika. Il-Ministru għal Għawdex saħqet li l-ewwel għan huwa dak li l-gżira ta’ Għawdex issir ċentru ta’ eċċellenza f’dan ir-rigward b’opportunitajiet biex itejbu l-kwalità ta’ ħajja tal-abitanti, filwaqt li ssir inqas pressjoni fuq l-ambjent naturali u kulturali, jinħolqu aktar impjiegi sostenibbli, jiġu attirati investimenti ta’ kwalità u tissaħħaħ l-identità unika tal-gżira.
Dwar it-turiżmu, il-Ministru Debono qalet limatul din is-sena kienu reġistrati riżultati pożittivi f’Għawdex, b’żieda ta’ turisti kemm mis-suq barrani kif ukoll minn dak domestiku. F’dan ir-rigward l-Istitut tal-Istudji Turistiċi se jkollu rwol kruċjali fil-preparazzjoni tal-istudenti, biex meta jidħlu fid-dinja tax-xogħol jaffaċċjaw l-isfidi li ġġib magħha l-ekonomija globalizzata partikolarment f’dan il-qasam. Il-Ministru ħabbret ukoll li l-Istitut għall-Istudji Turistiċi li nbena mill-ġdid ġewwa fil-Qala f’Għawdex issa beda jopera u laqa’ l-ewwel studenti fil-ġimgħat li għaddew. Din il-faċilità ġdida li nbniet b’għajnuna finanzjarja minn  fondi tal-Unjoni Ewropea, se jkompli jżid il-faċilitajiet ta’ taħriġ fis-settur tat-turiżmu f’Għawdex, li huwa wieħed mill-pilastri ewlenin tal-ekonomija tal-gżira ta’ Għawdex.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Minister Bedingfield stresses the importance of prevention and cooperation in strengthening fire safety

PR261981en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Il-Ministru Bedingfield jisħaq fuq l-importanza tal-prevenzjoni u l-kollaborazzjoni biex tissaħħaħ is-sigurtà kontra n-nirien

PR261981

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Il-Ministru Bedingfield ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow