IL-MINISTRU GEORGE PULLICINO JŻUR IX-XOGĦLIJIET LI QED ISIRU FUQ IT-TIENI FAŻI TAL-IMPJANT TA’ SANT’ ANTNIN
pr1463
09/10/2008
| Dalgħodu | l-Ministru Pullicino żar l-impjant ta’ Sant’Antnin jumejn biss wara li il-Kumitat tal-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew ma laqgħax petizzjoni li saret mill-Front Kontra l-Impjant ta’ Sant’Antnin. Flimkien miegħu kien hemm preżenti l-Inġinier Vince Magri, Kap Eżekuttiv ta’ WasteServ Malta Ltd, fejn spjega kif taħdem il-Faċilita’ għall-Irkupru ta’ Materjal Riċiklabbli li bdiet topera fi Frar li għadda. Il-Ministru Pullicino fakkar li dan l-impjant sar wara perijodu ta’ kwazi 3 snin u nofs diskussjonijiet, studji u konsultazzjonijiet u fil-21 ta’ Diċembru 2006 inħareg il-Full Development Permit għall-bini tal-impjant. Ix-xogħlijiet fis-sit kienu bdew f’April 2007, biż-żarmar ta’ parti mit-tinda, u t-tħammil tal-materjal. |
| Il-Minsitru Pullicino filwaqt li fakkar li l-upgrading | tal-impjant ta’ Sant’Antnin se jiswa total ta’ madwar 22.6 Miljun Ewro, li 70% minnhom ġew iffinanzjati mill-Fond ta’ Koezjoni tal-Unjoni Ewropea, qal li x-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni fit-tieni parti dan l-impjant, li tinkludi Impjant għat-Trattament Mekkaniku u Biodigester, diġa’ tlestew madwar 60% tax-xogħlijiet. Din il-parti tal-impjant se jkollha kapaċita’ massima ta’ 35,000 tunnellata fis-sena, u se taċċetta primarjament l-iskart iġġenerat min-nofsinhar ta’ Malta. B’hekk inkunu nistgħu nibdew il-proċess li bieh ser noħolqu l-enerġija u nagħmlu l-kompost mill-iskart. |
| Fil-parti li | diġa’ bdiet topera, li hija l-Faċilita’ għall-Irkupru ta’ Materjal Riċiklabbli, il-Ministru Pullicino qal li din is-sena sa issa diġa’ nġabru aktar minn 5,800 tunnellata ta’ skart riċiklabbli. Infatti, mill-Bring-In Sites din is-sena sal-aħħar ta’ Settembru nġabru 2,978 tunnellata filwaqt li mill-Irriċikla t-Tlieta (fi 22 ġimgħa – minn Mejju meta bdiet sal-aħħar ta’ Settembru) nġabru 2,829 tunnellata. Dan jawgura tajjeb meta mqabbel mas-snin ta’ qabel, fejn bil-Bring-In Sites biss f’sena sħiħa, fl-2006 nġabar 2,255 tunnellata u fl-2007 nġabar 2,810 tunnellata. Fi kliem ieħor, l-iskart riċiklabbli li nġabar din is-sena s’issa diġa’ huwa id-doppju tas-sena l-oħra. |
| Il-Ministru | Pullicino saħaq li għalkemm f’pajjiżna għamilna avvanzi kbar fejn jidħlu l-engineered landfills, u għalaqna l-miżbliet kollha mhux ikkontrollati, iż-żmien li wieħed jaħzen l-iskart li jiġbor mid-djar f’engineered landfills għad issir xi ħaġa tal-imgħoddi wkoll. F’Malta għad irridu naslu fi stat fejn l-iskart kollu li nipproduċu jrid jiġi sseparat u trattat b’mod jew iehor, billi jiġi rriċiklat, tinħoloq l-enerġija minnu jew inkella jsir il-kompost minnu. Il-bqija biss, dak li ma jkollniex għazla fuqu jew ir-residwi, jiġi inċinerat jew inkella jmur fl-engineered landfills. |
| Il-Gvern jemmen | bis-saħħa kollha li l-iskart huwa riżors u għalhekk għandu jkun hawn faċilitajiet moderni għall-immaniġġjar tal-iskart sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun l-ammont ta’ skart li jmur fil-landfill. Dan ifisser li l-iskart li qed jinġabar mill-Bring-In Sites u mill-Irricikla t-Tlieta, li jinkludi plastik, metall, karta u kartun (u ħġieġ mill-Bring-In Sites biss), ser jiġi rriċiklat, trattat jew inkella esportat skond il-każ temm jgħid il-Ministru Pullicino. |
Other Press Releases:
PR261981en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...
PR261981