DISKORS MILL-ONOR LAWRENCE GONZI, PRIM MINISTRU, FL-GĦELUQ TAL-KONFERENZA ‘IL-MIŻURI FAVUR IL-FAMILJA’ ORGANIZZATA MILL-UĦM B’KOLLABORAZZJONI MAL-MPO FL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – ĊENTRU TAL-MEDITERRAN GĦALL-KONFERENZI, VALLETTA – IL-ĦAMIS, 9 TA’ OTTUBR
pr1460
09/10/2008
| Huwa | l-pjaċir tiegħi li nagħlaq din il-Konferenza dwar l-inizjattivi favur il-familja. Qed niddiskutu suġġett li l-Gvern jikkunsidra ta’ importanza nazzjonali mhux biss għall-ħaddiema u l-ekonomija, imma wkoll għax dawn il-miżuri kapaċi jtejbu l-kwalità tal-ħajja li ngħixu, speċjalment għall-koppji żgħażagħ fejn iridu jsibu bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja. |
| Dawn | il-miżuri ħadu xejra aktar importanti fid-dawl tas-sitwazzjoni ekonomika li d-dinja tinsab fiha bħalissa. Il-kriżi finanzjarja li qiegħda taħkem is-swieq ewlenin tirrikjedi ekonomiji flessibbli biex jilqgħu l-isfidi li ġejjin. Minkejja din l-instabbiltà, l-ekonomija Maltija kkonfermat li hija b’saħħitha u kapaċi tilqa’ għal dan il-mewġ. |
| Fil-fatt, l-aħħar statistika turi li l-ekonomija | għadha qed tikber b’rata tajba u waqt li l-qgħad kompla jonqos, is-suq tax-xogħol kompla joħloq aktar impjiegi, l-aktar fis-settur privat. Dawn iċ-ċifri jikkonfermaw li l-ekonomija Maltija għandha bażi soda u flessibbli u għalhekk kapaċi tilqa’ għall-isfidi quddiemha. |
| Din | il-flessibbiltà ma ġietx b’kumbinazzjoni imma hi r-riżultat ta’ miżuri u politika implimentata mill-Gvern u li sabet l-appoġġ tas-settur privat. |
| Il-flessibbiltà hi meħtieġa biex aktar nies | jidħlu fid-dinja tax-xogħol u biex aktar ħaddiema jibqgħu fis-suq tax-xogħol. Fost dawn insibu l-inċentivi li ħajru aktar nisa joħorġu jaħdmu. Il-miżuri li ħabbarna fil-budgets li għaddew intlaqgħu tajjeb u kien hemm rispons pożittiv għalihom b’aktar nisa jidħlu fid-dinja tax-xogħol. |
| Għalkemm kien hemm din iż-żieda rridu nagħmlu | aktar. Ir-rata preżenti tal-parteċipazzjoni tan-nisa fix-xogħol għandha sservi bħala opportunità biex inħajru aktar nisa jidħlu fis-suq tax-xogħol biex huma wkoll isostnu l-viżjoni 2015 u jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku. |
| L-indikazzjonijiet juru li din ir-rata ta’ | parteċipazzjoni se tkompli tiżdied fis-snin li ġejjin minħabba l-persentaġġ għoli ta’ nisa li qed ikomplu jistudjaw b’riżultat tal-opportunitajiet ġodda. |
| Fl-aħħar erba’ snin iggradwaw kważi 11,000 | żagħżugħ u żagħżugħa mill-Università. Aktar minn 6,300 huma tfaljiet. 60% tal-gradwati ġodda fl-aħħar 4 snin kienu tfajliet. Kull sena qed jidħlu aktar tfajliet l-Università milli ġuvintur. |
| Fl-MCAST, | ir-rata tat-tkabbir ta’ studenti tfajliet hi wkoll ferm aktar mgħaġġla minn dik tas-subien. |
| Bl-iżviluppi li kellna fl-edukazzjoni | f’pajjiżna, u bl-opportunitajiet ġodda ta’ xogħol u taħriġ, illum ir-rata ta’ parteċipazzjoni tat-tfajliet żgħażagħ fis-suq tax-xogħol żdiedet u qabżet il-medja Ewropea. Filwaqt li l-medja Ewropea hi 40%, f’ Malta, il-parteċipazzjoni tat-tfajliet li għandhom anqas minn 25 sena, hi 48.4 %. Dawn iċ-ċifri jirrappreżentaw sfida oħra: irridu nkomplu nagħtu l-inċentivi u noħolqu l-aħjar ambjent tax-xogħol biex ikun jista’ jintlaħaq bilanċ tajjeb bejn il-familja u x-xogħol. Ma rridu nitilfu l-ħiliet u l-kapaċitajiet ta’ ħadd. |
| Hija | quddiem din l-isfida bejn aktar parteċipazzjoni tan-nisa fl-ekonomija u t-tisħiħ tal-familja Maltija li l-Gvern irid isib miżuri biex kemm l-irġiel u kemm in-nisa jibbilanċjaw id-doveri tagħhom tax-xogħol u tal-familja u li bihom igawdi kulħadd, kemm il-familja u kemm l-ekonomija. |
| Din | hija l-isfida li qegħdin niddiskutu llum u hija sfida li l-Gvern immexxi minni diġà laqa’ u qiegħed jaħdem biex idawwarha f’opportunità għalina lkoll. |
| Fi | snin li għaddew il-Gvern ħa diversi inizjattivi biex itejjeb dan il-bilanċ għall-familji Maltin. Is-Servizz Pubbliku kien pijunier f’pajjiżna fl-implimentazzjoni tal-miżuri favur il-familja. |
| Qed | jittieħdu diversi inizjattivi li jissarfu f’benefiċċji għall-ħaddiema u l-familji. Fost dawn il-miżuri hemm regolamenti dwar il-leave għall-ġenituri fejn ġenitur jista’ tieħu sa sena leave; ġenituri jistgħu jieħdu wkoll career breaks sa massimu ta’ tliet snin jew jieħdu responsibility leave li jiġġedded sena b’sena u dawn kollha jidhlu lura fl-impjieg u ma jitilfu xejn. |
| Żdied il-leave għall-maternità, u hemm | inizjattivi li jgawdu minnhom il-ġenituri meta jkun hemm twelid, adozzjoni, jew f’każ ta’ fostering. Il-Gvern impenjat li jifrex aktar u jżid l-inizjattivi biex aktar nisa jibqgħu fid-dinja tax-xoghol u x-xogħol ma joħloqx pressjoni żejda fuq il-familja. |
| Il-Gvern implementa wkoll numru ta’ miżuri | fis-servizz u s-settur pubbliku bl-iskop tagħhom kien li jżidu l-flessibbiltà tal-impjegati, kemm nisa kif ukoll irġiel. Miżura ewlenija hi l-possibbiltà tax-xogħol fuq bażi ta’ sigħat imnaqqsa. B’din il-miżura, uffiċjali pubbliċi jistgħu jaħdmu inqas biex jieħdu ħsieb it-tfal, jew ġenituri, jew il-miżżewġin tagħhom li jkunu dipendenti fuqhom. Is-sena li għaddiet kien hemm 869 persuna li qed jaħdmu ġimgħa ta’ siegħat imnaqqsa, li jfisser żieda ta’ kważi mija fuq is-sena ta’ qabel. |
| Fi | Frar ta’ din is-sena, il-Gvern daħħal it-Teleworking Policy, li permezz tagħha l-impjegati jistgħu, bl-użu tat-teknoloġija tal-informatika u l-komunikazzjoni, jaħdmu mid-dar tagħhom. B’din l-iskema, l-impjegati jistgħu jkomplu jagħtu l-kontribut tagħhom waqt li qegħdin jieħdu ħsieb il-familja. S’issa, din il-miżura fuq bażi volontarja ttieħdet minn 95 persuna. Din il-policy għadha fil-bidu tagħha, u nixtieq li aktar talbiet jiġu milqugħa. |
| Policy | tkun tajba u effettiva minn kemm titħaddem tajjeb. F’dan is-sens nappella lis-Senior Management fis-Settur Pubbliku biex ikun aktar innovattiv kif jorganizza x-xogħol biex aktar nies ikunu jistgħu jibbenefikaw minn dawn l-inizjattivi. |
| Miżura li l-Gvern qed jiddiskuti mal-imsieħba | soċjali fil-Kunsill Malti tal-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali fl-ambitu tal-flessibbiltà hija dik tal-flexicurity. Din l-istrateġija, li qiegħda ssir aktar popolari fl-Ewropa, ittejjeb il-flessibbiltà flimkien mas-sigurtà fis-suq tax-xogħol. |
| F’dawn l-aħħar snin, il-Gvern bi proporzjon | sinifikanti ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea, investa fl-infrastruttura li tipprovdi għas-servizzi li jgħinu l-familji jsibu dan il-bilanċ bejn il-familja u x-xogħol. Il-Gvern waqqaf childcare centres biex jipprovdu dan is-servizz għall-impjegati. Ġew ukoll mgħejuna childcare centres privati anki b’fondi mill-Unjoni Ewropea u ġew organizzati korsijiet ta’ taħriġ għall-carers. Il-Gvern, permezz tal-Korporazzjoni dawr l-Impjiegi u t-Taħriġ, nieda kampanja edukattiva u informattiva fuq dan is-servizz, biex tikber il-fiducja f’dawn iċ-ċentri. |
| Il-Gvern ukoll implementa inċentivi fiskali | favur il-familja u fl-istess ħin iħajjar il-ġenituri jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol. Fl-ambitu tar-riforma fil-pensjonijiet fl-2006, il-Gvern daħħal sistema ta’ krediti fuq il-pagamenti tas-sigurtà soċjali jekk il-ġenituri jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol. |
| F’aktar inċentivi biex aktar nisa jidħlu lura | fid-dinja tax-xogħol, mara li terġa’ tibda taħdem wara ħames snin wieqfa tiffranka sa 1600 ewro f’ income tax. |
| Matul is-snin li għaddew il-Gvern kien katalista | fil-miżuri indirizzati biex jirrikonċiljaw id-doveri tax-xogħol ma’ tal-familja. Il-miżuri li implementajna kienu bbażati fuq binarji differenti biex min irid jagħmel użu minnhom ikun jista’ jagħżel il-miżura addattata għaċ-ċirkustanzi partikulari tiegħu jew tagħha. |
| Nixtieq nistieden lilkom il-managers biex | intom ukoll tgħinu lill-impjegati tagħkom biex jibbenefikaw minn dawn l-iskemi. Irridu naraw dawn il-miżuri bħala għodda biex tiżdied il-produttività u l-kompetittività u mhux li tnaqqashom. Nafu li l-impjegati li jkollhom kundizzjonijiet li jissodisfaw il-bżonnijiet tagħhom ikunu iżjed motivati u produttivi, u jkollhom kwalità ta’ ħajja aħjar. |
| Il-Gvern qiegħed juri l-impenn soċjali tiegħu | permezz ta’ dawn il-miżuri u biex hu jmexxi bl-eżempju. Għalhekk nixtieq nieħu l-okkażjoni biex nappella wkoll lis-settur privat biex jużaw l-immaġinazzjoni u l-ħila imprenditorjali tagħhom biex huma wkoll jimplementaw aktar miżuri biex jagħtu spazju lill-impjegati tagħhom isibu bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja. Dawn il-miżuri jistgħu jwasslu biex tiżdied il-motivazzjoni tal-ħaddiema kif ukoll il-produttività kemm fuq livell azjendali u nazzjonali. |
| Ir-rwol tal-imsieħba soċjali huwa kruċjali f’dan | il-proċess. Permezz ta’ diskussjoni serja u matura nistgħu, bil-miżuri li nimplementaw, nagħtu spinta lill-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, nikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku u nsaħħu l-familja. |
| Jiena kunfidenti li din il-Konferenza ssarraf | f’għarfien aħjar u f’titjib tal-miżuri favur il-familja biex inkomplu nkattru l-ġid u nsaħħu l-unika riżors tagħna, il-ħaddiema. |
Other Press Releases:
PR261981en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...
PR261981