L-ONOR. CHRIS SAID, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-KONSULTAZZJONI PUBBLIKA U INFORMAZZJONI ILTAQGĦA MAL-PRESIDENT TAL-KUMITAT TAR-REĠJUNI TAL-UNJONI EWROPEA LUC VAN DEN BRANDE
pr1452
08/10/2008
| Is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni | Pubblika u Informazzjoni Chris Said kellu laqgħa mal-President tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea Luc Van den Brande fl-uffiċċju tal-Kumitat tar-Reġjuni fi Brussell. |
| Matul din il-laqgħa gew diskussi diversi temi | relatati mal-gvern lokali f' Malta u l-ħidma tar-rappreżentanti Maltin fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
| Dr Chris Said kellu l-okkażjoni li jfisser lill-President | Van den Brande dwar il-proċess ta' konsultazzjoni li għaddej u kif dan għandu jwassal sabiex issir riforma fil-qasam tal-Kunsilli Lokali bl-iskop li dawn jissaħħu u jaħdmu biex jassiguraw lokalitajiet sostenibbli. |
| Ġiet diskussa wkoll il-ħidma tal-ħames | rappreżentanti Maltin fil-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropeja. L-Onor. Said qal li Malta tagħti ħafna importanza lix-xogħol li jitwettaq fil-Kumitat tar-Reġjuni u toffri s-support kontinwu lill-membri li jirrapreżentaw lil Malta. Minn naħa tiegħu l-President Van den Brande wera s-sodisfazzjon tiegħu għal mod attiv li biħ jipparteċipaw fil-ħidma tal-Kumitat tar-Reġjuni r-rappreżentanti Maltin. Ingħatat ħarsa wkoll lejn is-sehem ta' dawn ir-rappreżentanti fuq diversi kummissjonijiet tal-Kumitat tar-Reġjuni. |
| Is-Segretarju Parlamentari ddiskuta | mal-President tal-Kumitat tar-Reġjuni proposti dwar kif tista' tigi komunikata aħjar liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin il-ħidma li tkun qed titwettaq mill-Kumitat tar-Reġjuni. |
| Fl-istess laqgħa ġew diskussi diversi temi oħra | fosthom il-possibilta' li Malta jkollha sitt rappreżentanti flok ħamsa f' dan il-Kumitat u kif dan jista' jwassal għal ħidma aħjar. Il-President Van den Brunde tkellem ukoll dwar id-dimensjoni territorjali tal-Proċess ta' Barċellona u l-bżonn li titwaqqaf assemblea regjonali ewro-meditterranja. |
| Fl-aħħarnett is-Segretarju Parlamentari Said | stieden lil President tal-Kumitat tar-Regjuni sabiex iżur Malta fejn ikollu l-okkażjoni li jfisser aħjar il-ħidma ta' din l-istituzzjoni importanti tal-Unjoni Ewropea kif ukoll jevalwa l-proċess ta' riforma li għaddej fil-qasam tal-Kunsilli Lokali. |
Other Press Releases:
PR261981en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Minister Bedin...
PR261981