INVESTIGAZZJONI DWAR ĦRUĠ TA’ FUEL F’WIED DALAM
pr1184
21/08/2008
| Il-Ministeru | għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni, illum fis-1.59 pm kien mgħarraf mill-Inġinier Alex Tranter, iċ-Chairman tal-Korporazzjoni Enemalta li nhar l-14 ta’Awwissu 2008 – 7 ijiem ilu – kien hemm ħruġ ta’ 31 tunnellat ta’ fuel mill-impjant ta’ ħażna li għandha l-Enemalta f’Wied Dalam, limiti ta’ Birżebbuġa. Dan il-fuel hu tat-tip A1 li jintuża għar-refueling ta’ l-ajruplani. |
| Il-Ministru Austin Gatt | minnufih ordna lill-Korporazzjoni Enemalta biex tagħmel kuntatt ma’ l-Awtorita’ Maltija dwar ir-Riżorsi, ma’ l-Awtorita’ Maltija dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma biex min-naħa tagħhom dawn jieħdu kull azzjoni li jidhrilhom xierqa. |
| Fl-istess waqt, il-Ministru | ordna wkoll li minħabba d-dewmien li kien hemm fir-rappurtaġġ dwar il-ħruġ ta’ dan il-fuel lill-awtoritajiet kompetenti, l-uffiċċjali responsabbli, inkluż il-Manager li kien responsabbli li jagħti rapport immedjat lis-superjuri tiegħu dwar inċident bħal dan, jiġu sospiżi sakemm isiru l-investigazzjonijiet kollha. |
| Skond l-istħarriġ | preliminari, dan il-każ seħħ fl-14 ta’ Awwissu li għadda, biċ-Chairman tal-Korporazzjoni Enemalta jkun mgħarraf dwar dan l-inċident aktar kmieni llum. |
| Il-Korporazzjoni informat | lill-Ministeru li ma jeżisti ebda periklu fis-sit ta’ Wied Dalam jew riskju t’aktar ħruġ ta’ fuel. |
| Il-Ministru Austin Gatt | talab ukoll lill-Korporazzjoni Enemalta biex minn ħin għal ieħor tgħa |
Stqarrijiet Oħra:
PR261975
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...
PR261974