Il-Kunsill ta’ BIRŻEBBUĠA jonqos mid-dmirijiet tiegħu lejn ir-residenti
pr1183
21/08/2008
| Id-Direttur tal-Kunsill | Lokali kkomunika mas-Sindku ta’ Birżebbuġa li l-għeluq tal-uffiċċju tal-Kunsill Lokali jmur kontra l-liġi u taħt l-ebda ċirkostanza ma hu ġustifikat. Hu talbu biex jiftaħ il-Kunsill Lokali biex l-impjegati tal-Kunsill ikunu jistgħu jagħtu servizz lir-residenti ta’ Birżebbuga. |
| Il-Kunsill Lokali ta’ | Birżebbuġa meta fit-12 ta’ Ġunju li għadda talab l-approvazzjoni għall-ħatra ta’ Segretarju Eżekuttiv ġdid tal-Kunsill Lokali naqas milli jipprovdi dokumenti u riferenzi li juru li l-persuna li għażel il-Kunsill Lokali kellha l-kompetenzi maniġerjali u amministrattivi biex twettaq il-funzjoni ta’ Segretarju Eżekuttiv, kif mitlub mill-Avviż Legali dwar l-impjegati tal-Kunsilli Lokali. Dan kien nuqqas serju min-naħa tal-Kunsill Lokali. |
| Ladarba l-Kunsill ma | pprovdiex dawn id-dokumenti, id-dipartiment ma setgħax japprova l-isem tal-persuna li ġie sottomess mill-Kunsill Lokali. |
| Il-Kunsill Lokali ta’ | Birżebbuga kellu l-obbligu li flimkien mat-talba għall-approvazzjoni jibgħat ukoll id-dokumenti kollha li juru l-kompetenza tal-persuna suġġerita. Kien biss din il-ġimgħa li d-Dipartiment irċieva ittra ta’ riferenza bil-ħiliet maniġerjali dwar il-persuna li għażel il-Kunsill. |
| Il-Kunsill Lokali ta’ | Birżebbuġa għandu l-ammont sħiħ tal-impjegati u minkejja dan ħoloq problemi bla bżonn lir-residenti. Bl-azzjoni tiegħu tal-għeluq tal-uffiċċju, il-Kunsill Lokali naqas mid-dmir u l-obbligu tiegħu li jagħtihom servizz. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261975
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...
PR261974